Arkivji mensili: Ottubru 2018

Id-dover li nuru solidarjetà

  • “Illum għandna bżonn il‑vuċi profetika tas‑solidarjetà: solidarjetà bejn l‑istati differenti u bejn il‑ġnus; solidarjetà fil‑politika soċjali interna tal‑istat; u solidarjetà interġenerazzjonali, jiġifieri s-solidarjetà bejn il‑ġenerazzjonijiet.” Dan kien l-appell li għamel l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-omelija tal-Quddiesa Pontifikali fil-festa nazzjonali ta’ Jum l-Indipendenza.

    L-Arċisqof fisser kif meta nitkellmu dwar il‑ħtieġa tas‑solidarjetà nifhmu li qegħdin nimpenjaw ruħna li nuru solidarjetà ma’ min qiegħed fi bżonn urġenti ta’ għajnuna għaliex qiegħed jaħrab minn ambjent kiefer ta’ disprezz vjolenti tad‑dinjità tal‑bniedem; qiegħed jaħrab minn destin aħrax ta’ skajvitù, u saħansitra tortura u mewt…

  • Kompli aqra »

L-14-il jum tas-Sinodu: Id-drogi u l-persekuzzjoni – il-kwistjonijiet minsija

  • Dr Paolo Ruffini, Prefect of the Vatican Dicastery for Communications, began the daily press briefing saying that the work on the second part of the Instrumentum Laboris was complete.

    He then listed many issues that the Synod assembly addressed. He mentioned issues like migration, freedom, sexual morality, the mystery of evil in the world, justice and the fight for human dignity…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ottubru

  • San Luqa 11:42-46 

    F’dak iż-żmien, il-Mulej qal:  “Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-fejġel u fuq kull xorta ta’ ħxejjex, u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta’ Alla tħallu kollox għaddej. Dawn kien imisskom tħarsu, mingħajr ma tħallu l-oħrajn barra. Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħobbu s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi u min isellmilkom fil-pjazez…

  • Kompli aqra »

Messaġġ mill-Arċisqof Scicluna fl-ewwel anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia


  • Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, il-Belt Valletta
    16 ta’ Ottubru 2018

     

  •  

    F’għeluq l‑ewwel anniversarju mill‑assassinju tal‑ġurnalista Daphne Caruana Galizia, iltqajna għal darb’oħra madwar il‑mejda tal‑Ewkaristija li tfakkarna fl‑akbar inġustizzja: il‑qtil ta’ Ġesù, vittma innoċenti; kif ukoll fl‑għotja ta’ mħabba sħiħa tiegħu fuq is‑salib, u fir‑rebħa tiegħu fuq il‑ħażin u fuq il‑mewt…

  • Kompli aqra »

Minn fejn iġib il-qawwa tiegħu l-Papa Franġisku?

Omelija waqt Quddiesa ta' ringrazzjament għall-ħajja organizzata minn Caritas Malta

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Bażilika Minuri, il-Mosta

    5 ta’ Ottubru 2018

     

  • Jekk hawn bniedem li jagħmel ħafna kuraġġ lil kull min hu anzjan, dan hu l-Papa Franġisku li ftit ieħor jagħlaq 82 sena: bniedem ta’ dik l-età li qed jaħdem b’ruħu u b’ġismu u b’enerġija kbira fil-missjoni tiegħu ta’ papa biex iġedded il-Knisja u jgħinha timxi b’kuraġġ…

  • Kompli aqra »

It-13-il jum tas-Sinodu: “Kemm hu diffiċli ssib id-dawl fl-oskurità”

  • The message of young people to bishops

    Ms Silvia Teresa Retamales Morales said that it was a great privilege and responsibility for her to be at the Synod. She said that he was here to express the voices of all those young people who wanted to come to Rome and talk to the bishops. She says that when young heard she was coming to the Synod they reached out to her, many of whom were non-Catholic…

  • Kompli aqra »

L-omm ta’ ftit diskors imma ta’ azzjoni

Omelija waqt Quddiesa f’għeluq il-50 sena anniversarju tal-paroċċa tal-Madonna ta’ Fatima

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Gwardamanġa

    13 ta’ Ottubru 2018

     

  • “Marija Santissima, urina li inti ommna …” Din hi t-talba li għadna kif għamilna diversi drabi waqt ir-Rużarju aħna u mexijin fil-pellegrinaġġ lejn din il-knisja. Hi t-talba li tfakkarna li Ġesù fuq is-salib tana lill-Marija bħala ommna, rigal hekk sabiħ, u hi din l-omm li aħna ngħożżu u li lejha nduru biex timxi magħna f’ħajjitna…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Ottubru

  • San Luqa 11:37-41 

    F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skont ir-riti ta’ qabel l-ikel.

    U l-Mulej qallu: “U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen…

  • Kompli aqra »

Synod Day 12: “Shake up the Church” Pope says


  • Ms. Corina Fiore Mortola Rodríguez from Mexico said that she wants to convey that she, and the young people at the Synod, are very grateful to Pope Francis for giving them this opportunity to be at the Synod and for the chance to speak. She said that the presence of young people has been fruitful and everyone is working together…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ottubru

  • San Luqa 11:29-32 

    F’dak iż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel.

    F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! …

  • Kompli aqra »