Arkivji mensili: October 2018

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Novembru 2018

  • Il‑Ħamis 1 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ġimgħa 2 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑Tifkira Solenni tal‑Mejtin Kollha, fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid. Il‑Quddiesa tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta

  • Kompli aqra »

Tifħir, ringrazzjament u inkoraġġiment

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Sala Sir Temi Zammit, l-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq
    28 ta’ Ottubru 2018

     

  • Nirringrazzjakom tal-istedina u ta’ din il-laqgħa sabiħa, u nuri l-apprezzament tiegħi għal dak kollu li t-Tiġdid Kariżmatiku qed jagħmel fil-Knisja f’Malta.

    Il-messaġġ tiegħi lilkom hu mibni fuq tliet kelmiet…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Ottubru

  • San Luqa 13:22-30 

    F’dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?”. U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx.

    Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu: “Mulej, iftħilna!”. Iżda hu jweġibkom u jgħid: “Ma nafx mnejn intom”…

  • Kompli aqra »

Elezzjonijiet 2019: L-isqfijiet tal-UE jħeġġu liċ-ċittadini għad-dixxerniment u r-responsabbiltà

  • Between the 24th and 26th October 2018, bishops of the European Union gathered in Brussels for the Autumn Assembly focusing on the 2019 European elections. Participants reflected on future EU challenges in dialogue with high-level officials of the Union, in particular with Federica Mogherini, High Representative of the Union for Foreign Affairs and Security Policy, Luca Jahier (EESC) and Michel Barnier (European Commission)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ottubru

  • San Luqa 13:18-21 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha? Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar tal-ajru marru jbejtu fil-friegħi tagħha”.

    U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? Tixbah lil ftit ħmira li waħda mara qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sakemm għoliet l-għaġna kollha”…

  • Kompli aqra »

Ritratti: L-Isqof Awżiljarju jamministra s-Sagrament tal-Griżma f’San Ġiljan u Ħal Safi

L-Arċisqof Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha u fit-tifkira tal-Mejtin Kollha

  • Nhar il-Ħamis, l-1 ta’ Novembru 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6pm. Din il-festa tiġi ċċelebrata mill-Knisja Universali biex l-Insara jagħtu ġieħ lill-Qaddisin kollha waqt li jħabirku biex jimxu fuq l-eżempju tagħhom.

    Il-Ġimgħa, 2 ta’ Novembru, Jum it-Tifkira tal-Mejtin Kollha, l-Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid. Il-Quddiesa tibda fl-10:00 a.m…

  • Kompli aqra »

Bohemian Rhapsody

  • *****

    Direttur:          Bryan Singer

    Atturi:              Rami Malek, Lucy Boynton, GwiIym Lee, Ben Hardy, Joseph Mazzello, Aidan Gillen, Tom Hollander, Allen Leech,  Mike Myers, Dermot Murphy u Max Bennet

    Ħin tal-Film:    134min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  15

    Freddie Mercury twieled ġewwa Zanzibar fit-Tanzania fil-5 ta’ Settembru, 1946…

  • Kompli aqra »

Ittra mill-Missirijiet Sinodali liż-żgħażagħ

  • LETTER FROM THE SYNOD FATHERS TO YOUNG PEOPLE

    We the Synod Fathers now address you, young people of the world, with a word of hope, trust and consolation. In these days, we have gathered together to hear the voice of Jesus, “the eternally young Christ”, and to recognize in Him your many voices, your shouts of exultation, your cries, and your moments of silence…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ottubru

  • San Luqa 13:10-17 

    Darba s-Sibt, Ġesù kien qiegħed jgħallem f’waħda mis-sinagogi. U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista’ tieqaf dritta għalkollox. Kif raha Ġesù sejħilha u qalilha: “Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek”. U qegħdilha jdejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla…

  • Kompli aqra »