Arkivji mensili: Novembru 2018

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2019

Aktar minn 1,450 post vakanti għall-istudenti

  • Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2019 ‑ 2020 ġew ippubblikati fuq il-paġna tal-iskejjel tal-Knisja fuq il‑websajt tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. B’kollox ser ikun hemm 1,457 post vakanti għall-istudenti. L‑applikazzjonijiet jistgħu jsiru onlajn jew f’xi wħud mill‑iskejjel tal‑Knisja kif indikat fir‑regolamenti. L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jsiru f’Novembru 2018, l‑applikanti l‑oħra f’Jannar u Frar 2019.

    L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jinkludu tfal li huma fi djar tal‑Knisja, tfal tal‑impjegati, aħwa li jistgħu jinkitbu fl‑istess skola ta’ ħuthom u tfal li qegħdin fi skejjel tal‑Knisja bla kontinwità…

  • Kompli aqra »

Ritratti: L-ewwel jum tal-Assemblea Djoċesana 2018

  • Il-Ħamis, 22 ta’ Novembru 2018, bdiet l-Assemblea Djoċesana 2018, fejn matulha qed isir evalwazzjoni tad‑dokumenti tas‑Sinodu Djoċesan li sar bejn l‑1999 u l‑2003.

    Fl-ewwel jum tal-Assemblea ġew diskussi d-dokumenti tas-Sinodu Kultura-Soċjetà-Knisja, Djakonija u Ġustizzja, Lajċi Nsara, Żwieġ u Familja u Adolexxenti u Żgħażagħ.

    Fi spirtu ta’ djalogu, il‑Knisja qed tħares lejn l‑iżviluppi li seħħew fil‑kultura u fis‑soċjetà Maltija fl‑aħħar snin, u tara kif tkompli twassal il‑Bxara t‑Tajba fid‑dawl tat‑tagħlim tal‑Papa Franġisku…

  • Kompli aqra »

123 persuna jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

  • 123 persuna temmew b’suċċess wieħed mill‑14‑il kors li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret nhar it‑Tlieta, 20 ta’ Novembru 2018, fil‑knisja ta’ San Duminku, ir‑Rabat, u tmexxiet mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Iċ‑ċerimonja bdiet b’Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.

    Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu fl‑oqsma tal‑familja, it‑tagħlim soċjali tal‑Knisja, l‑ekumeniżmu, l‑ispiritwalità Franġiskana, l‑evanġelizzazzjoni, il‑liturġija, il‑ħidma mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, l‑istudji fl‑ispiritwalità Karmelitana u l‑istudju tal‑Bibbja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 10, 8-11
    Salm: 118 (119), 14.24.72.103.111.131

    Evanġelju: Luqa 19, 45-48

  • F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: “Id-dar tiegħi tkun dar it-talb”. Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin”. U kien jgħallem kuljum fit-tempju.

    Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu…

  • Kompli aqra »

Il-missjoni tal-PFI fid-dawl tal-esperjenza ta’ Żakkew

Omelija f'jum il-gradwazzjoni tal-istudenti tal-Istitut ta' Formazzjoni Pastorali

  • 

     

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat

    20 ta’ Novembru 2018

    Tomáš Halik, saċerdot u teologu mir-Repubblika Ċeka li għadu kif kien fostna Malta għall-ftuħ ta’ konferenza internazzjonali tal-Fakultà tat-Teoloġija kif ukoll għall-konferenza ta’ DISCERN, għandu ktieb jismu Patience with God…

  • Kompli aqra »

Jitħabbar l-itinerarju tal-vjaġġ tal-Papa fil-Panama

  • The itinerary for Pope Francis’ visit to Panama to attend World Youth Day celebrations, has been released. He will travel to the country from the 23-27 January 2019.

     

  • Wednesday 23th January 2019

    From Rome, Pope Francis will arrive at Panama’s Tocumen International airport. Following an official welcome, he will travel to the Nunciature…

  • Kompli aqra »

Filmat: Stedina għall-festa ta’ Kristu Re

  • 

     

  • Il-Knisja Kattolika ser tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re nhar il-Ħadd li ġej, 25 ta’ Novembru 2018. Għal din il-festa li tagħlaq is-sena liturġika, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qed jistieden lill-Insara biex jingħaqdu miegħu għaċ-ċelebrazzjoni djoċesana.

    Din tibda fil-5:00p.m. b’mixja ta’ fidi minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana, sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn titkanta t-Talba tal-Għasar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 5, 1-10
    Salm: 149, 1-2.3-4.5-6a u 9b

    Evanġelju: Luqa 19, 41-44

  • F’dak iż-żmien, Ġesù wasal qrib il-belt ta’ Ġerusalemm u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “Mhux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk!

    Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek”…

  • Kompli aqra »

Min kien San Ġwann tas-Salib?

Quddiesa fil-festa ta' San Ġwann tas-Salib

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ta’ Xbiex
    18 ta’ Novembru 2018

    San Ġwann tas-Salib għex fi żminijiet imqallba u diffiċli fl-istorja tal-Knisja. Kultant aħna nħarsu lejn dak li qed jiġri fi żmienna u nimmaġinaw li hu l-iktar żmien iebes u mħawwad, imma naħseb min għandu sens ta’ storja mhux bilfors jasal għall-istess konklużjoni…

  • Kompli aqra »