Arkivji mensili: November 2018

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 10, 9-18
    Salm: 18, 2-5

    Evanġelju: Mattew 4, 18-22

  • F’dak iż-żmien: Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”. U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh…

  • Kompli aqra »

Kif nistgħu nimxu fuq l-eżempju ta’ Santa Katarina?

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja Arċipretali, iż-Żurrieq

    25 ta’ Novembru 2018

    “Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek u int, għax hu sidek, agħtih qima” (Salm 44:12).  Kemm joqgħod tajjeb dan il-kliem li llum kantajna fis-Salm 44 u li huwa parti mil-liturġija tas-solennità ta’ Santa Katarina verġni u martri…

  • Kompli aqra »

Is-soċjetà tal-lum għandha bżonn il-Knisja?

  • Din is-sena l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qiegħda tiċċelebra t-73 sena mit-twaqqif tagħha u bħas-snin ta’ qabel, ser tfakkar Jum il-Fondazzjoni b’diskussjoni pubblika. Din is-sena d-diskussjoni ser tkun dwar l-irwol tal-Knisja Kattolika f’Malta, u tfittex li tistudja l-proċess l-aspetti differenti u dinamiċi tal-formazzjoni tal-identità fil-kuntest Malti u r-rwol tal-Knisja Kattolika f’dan il-proċess. Id-diskussjoni ser tipprova twieġeb waħda mill-mistoqsijiet tal-lum: Is-soċjetà tal-lum għandha bżonn il-Knisja?

    Id-diskussjoni ser issir għada l-Ġimgħa, 30 ta’ Novembru 2018, ix-Xara Lodge r-Rabat fis-7pm. 

    Għal aktar dettalji żur il-paġna fuq Facebook tal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija

  • Kompli aqra »

Is-Sinodu dwar iż-żgħażagħ ikompli xahar wara

  • One month after the conclusion of the Synod of Bishops on Young People, the Faith, and Vocational Discernment, young auditors bring what they experienced at the event back to their homes and parishes. As the journey continues, young Catholics look to the next step on their journey of faith: World Youth Day 2019 in Panama.

     

  • 

     

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 18, 1-2.21-23; 19, 1-3.9a
    Salm: 99 (100), 2.3.4.5

    Evanġelju: Luqa 21, 20-28

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kulma hemm miktub…

  • Kompli aqra »

Avviż dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Kurja

  • Nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Novembru 2018, il-Kurja tal-Arċisqof inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-Uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa minħabba l-irtir tal-Avvent għall-impjegati.

    Il-Kurja terġa’ tiftaħ is-Sibt, l-1 ta’ Dicembru.

     

  • Kompli aqra »

Inizjattivi favur l-ambjent mill-Arċidjoċesi ta’ Malta

  • L‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed tkompli tinvesti f’enerġija nadifa u timplimenta  inizjattivi favur l‑ambjent. Fil-preżent qed tiġi installata sistema ta’ pannelli fotovoltajċi fuq il‑bini tal‑Kurja tal‑Arċiqsof, il‑Furjana. Madwar 40 entità oħra tal‑Knisja f’Malta, fosthom għadd ta’ parroċċi u djar għall‑anzjani, diġà qed jagħmlu użu minn enerġija ġġenerata mill-pannelli fotovoltajċi.

    Matul l‑aħħar ġimgħat, fil‑kmamar u fl‑uffiċċji tal‑Kurja twaħħlu bozoz energy saving, qed isir użu aħjar mid‑dawl naturali u nbidlu monitors u kompjuters għal oħrajn li jużaw inqas enerġija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 15, 1-4
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.7-8.9

    Evanġelju: Luqa 21, 12-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih…

  • Kompli aqra »

X’impressjonani l-aktar wara 40 jum mingħajr Facebook

  • Article written by Monika Lender-Gołębiowska

     

  • When Bishop Adam Lepa (current senior bishop of the Archdiocese of Łódź, Poland) lectured on media pedagogy, he often used the term “personal mediasphere.” It means the media environment a person lives in and is surrounded by. It can be divided into four parts: iconosphere (the image environment), logosphere (the word environment), sonosphere (the sound environment), and finally, the galenosphere (the environment of silence)…

  • Kompli aqra »