Arkivji mensili: Novembru 2018

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Novembru

  • San Luqa 17:1-6 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu. U jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek: “Jisgħobbija”, aħfirlu”…

  • Kompli aqra »

“In-nies jistaqsu l-eżistenza ta’ Alla minħabba l-krudeltà tal-bniedem” – L-Arċisqof f’Jum it-Tifkira

Quddiesa f'għeluq il-100 sena mit-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    11 ta’ Novembru 2018

    L-ewwel ħsieb tiegħi ser ngħidu bil-Malti. Għalina l-Maltin dan l-anniversarju speċjali xi jfisser? Ir-rwol tagħna fl-Ewwel Gwerra Dinjija x’kien aħna u niċċelebraw l-ewwel 100 sena mit-tmiem ta’ din il-gwerra? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Novembru

  • It-Tnejn u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Mark 12:38-44 

    F’dak iż-żmien, Ġesù kien qiegħed jgħallem fit-tempju u jgħid: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa”…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa f’Jum it-Tifkira

  • Għada l-Ħadd, 11 ta’ Novembru 2018, Jum it-Tifkira, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fid-9:15 am.

    F’għeluq il-100 anniversarju mit-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija, fil-knejjes kollha f’Malta, f’nofsinhar, ser tindaqq mota b’tifkira ta’ dawk li mietu fil-gwerra. 

     

  • 

     

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof: “L-ideali tal-Caritas irridu nippromovuhom, ninkoraġġuhom, insostnuhom u mmexxuhom ’il quddiem”

Quddiesa f'għeluq il-50 sena mit-twaqqif ta' Caritas Malta

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    9 ta’ Novembru 2018

    L-episodju li smajna fl-Evanġelju tal-lum (Ġw 2, 13-22) huwa tant importanti fil-ħajja ta’ Ġesù li nsibuh fl-erba’ evanġelji. Meta Ġesù daħal fit-tempju u ra ħafna kummerċ tant irrabja li qabad sawt u ħarbat kulma kien hemm…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Novembru

  • San Luqa 16:9-15 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom? …

  • Kompli aqra »

Il-Vatikan iwaqqaf Osservatorju Internazzjonali kontra cyberbullying

  • “Promise the Lord that you will never do this, and you will not permit it to be done in your school, in your school, in your neighborhood. Is that understood?”

    It was not a casual message for the Pope. The bullying problem on social networks worries him to the point that the Vatican will create an International Observatory. 

    In April, he hopes to present the conclusions of a triple study that will measure how the children themselves perceive the phenomenon, how the governments face this problem and how he will establish prevention plans…

  • Kompli aqra »

Caritas Malta – 50 sena ta’ servizz lin-nies fil-bżonn

  • “Qed niċċelebraw 50 sena viċin in-nies. 50 sena on the side of people in need. Nixtieq nirringrazzja lil Media li attendejtu. Intom kellkom u għandkom rwol essenzjali biex twasslu l-messaġġ tagħna li nkunu l-vuċi tal-persuni fil-bżonn. Iż-żerriegħa li nitfgħu, intom tikkultivawha. Għalhekk nerġa’ ntenni l-apprezzament talli ġejtu u grazzi tal-ħidma fejjieda tagħkom.” Hekk esprima is-Sur Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta, waqt konferenza stampa fejn tħabbar il-50 sena anniversarju mit-twaqqif ta’ din l-entità…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Novembru

  • Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran – Festa

    San Ġwann 2:13-23 

    Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: «Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!» Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.”

    Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: «X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?» Ġesù weġibhom: «Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.» Għalhekk il-Lhud qalulu: «Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?» Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu…

  • Kompli aqra »