Arkivji mensili: Diċembru 2018

“Bħala Knisja f’Malta għandna għalxiex nirringrazzjaw lil Alla u ntemmu l-2018 b’diversi mumenti ta’ grazzja li l-Mulej żejjinna bihom” – L-Arċisqof

Quddiesa ta' Radd il-Ħajr lil Alla fi tmiem is-sena

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    31 ta’ Diċembru 2018

    Qegħdin infakkru l-mument meta t-tarbija Ġesù ssir parti mill-poplu Lhudi mhux biss mid-demm għaliex twieled minn omm Lhudija, imma wkoll billi jsir Bin il-Patt biċ-ċirkonċiżjoni, ritwal li kien introduċa Abraham lil uliedu u lil ulied uliedu u li baqa’ bħala s-sinjal tal-patt bejn Alla u l-bniedem…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar is-salvataġġ tal-immigranti fil-Mediterran

  • L-Isqfijiet juru l-apprezzament għall-missjonijiet ta’ salvataġġ li twettqu mill-Forzi Armati ta’ Malta f’dawn l-aħħar sigħat, u jappellaw għal spirtu ta’ solidarjetà mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa biex dawk il-persuni li għadhom bejn sema u ilma jingħatalhom port ta’ kenn.

    ✠ Charles J. Scicluna                                                        ✠ Mario Grech

        Arċisqof ta’ Malta                                                               Isqof ta’ Għawdex

                                                     

    ✠ Joseph Galea‑Curmi

        Isqof Awżiljarju ta’ Malta

     

  • Agħfas hawn biex taqra l-aħħar stqarrija tal-Isqfijiet b’appell għal solidarjetà konkreta…
  • Kompli aqra »

Politika tajba għas-servizz tal-paċi

Messaġġ tal-Papa Franġisku għat-52 Jum Dinji tal-Paċi

  • “Peace be to this house!”

    In sending his disciples forth on a mission, Jesus told them: “Whatever house you enter, first say, ‘Peace be to this house!’ And if a son of peace is there, your peace shall rest upon him; but if not, it shall return to you” (Lk 10:5-6).
    Bringing peace is central to the mission of Christ’s disciples…

  • Kompli aqra »

Live: Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi għall-Ewwel tas-Sena

  • Lejlet l-Ewwel tas-Sena 

     

  • It-Tnejn, 31 ta’ Diċembru 2018, fis-6:30 p.m., l‑Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

     

  • 

     

  • L-Ewwel tas-Sena 

     

  • Fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida, fid-9:00 a.m., l‑Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi…

  • Kompli aqra »

Il-Papa bi ħsibijiet fuq il-Familja Mqaddsa waqt l-Anġelus tal-Ħadd

  • The Holy Family of Nazareth – Jesus, Mary, and Joseph – were “united by an intense love and animated by great confidence in God,” Pope Francis said on Sunday.

    Speaking at the weekly recitation of the Angelus, the Holy Father recalled that the Sunday within the Octave of Christmas is the feast of the Holy Family. The day’s Gospel recounts the story of the finding of Jesus in the Temple…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Jannar 2019

  • It‑Tlieta l-1 ta’ Jannar 2019, fid‑9.00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità tal‑Imqaddsa Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq Radju RTK u TVM.

    Is‑Sibt 5 ta’ Jannar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑koppji li żżewġu matul l‑2018, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa hija organizzata mill‑Moviment ta’ Kana u ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 18-21
    Salm: 95 (96), 1-2.11-12.13

    L-Evanġelju: Ġwanni 1, 1-18

  • Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Diċembru

  • Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesu’, Marija u Ġużeppi Qari tal-Jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 20-22.24-28
    Salm:83 (84), 2-3. 5-6. 9-10
    It-Tieni Qari: 1 Ġw 3, 1-2, 21-24

    L-Evanġelju: Luqa 2, 41-52

  • Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa…

  • Kompli aqra »

L-Awstrija tfakkar il-200 sena ta’ ‘O Lejl ta’ Skiet’

  • Church standing on the site of St Nikolaus Church where “Silent Night” was played for the first time on 24 December 1818.

     

  • Austria is commemorating the 200th anniversary of the famous Christmas carol that survived and sometimes interrupted wars or other conflicts. Silent Night, the peaceful song about the birth of Jesus that became a crucial part of Christmas celebrations, was sung publicly for the first time in December 1818 in an Austrian town…

  • Kompli aqra »

Appell għal solidarjetà konkreta

Stqarrija tal-Isqfijiet ta' Malta u Ghawdex

  • F’dawn il‑jiem ta’ festi meta faċilment inkunu aljenati, inħossuna fid‑dover li ntennu l‑appell li għamilna f’Ġunju li għadda biex il‑mexxejja ta’ pajjiżna, flimkien ma’ dawk tal‑Unjoni Ewropea, joffru soluzzjonijiet konkreti għall‑fenomenu tal‑immigrazzjoni fil‑Baħar Mediterran.

    L‑iżviluppi ta’ dawn il‑jiem dwar il‑persuni li kienu abbord il‑bastiment Open Arms u dawk li issa huma abbord il‑bastiment Sea Watch 3 joffru stedina lil Malta u lill‑pajjiżi Ewropej għal solidarjetà konkreta…

  • Kompli aqra »