Arkivji mensili: Diċembru 2018

Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju waqt il-kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
    7 ta’ Diċembru 2018

    Nirringrazzja u nuri l-apprezzament lill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta taħt it-tmexxija tas-Surmast Kaptan Jonathan Borg għal dan il-kunċert sabiħ tal-lejla. Magħhom ukoll nirringrazzja lil Coro Bel Canto u lil kull min ta s-sehem tiegħu f’dan il-kunċert…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 48, 17-19
    Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

    L-Evanġelju: Mattew 11, 16-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Inxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajtu lil sħabhom u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!”.

    Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu: “Għandu fih xitan”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 41, 13-20
    Salm: 144 (145), 1 u 9. 10-11.12-13ab

    L-Evanġelju: Mattew 11, 11-15

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu.

    Minn żmien Ġwanni l-Battista sal-lum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha…

  • Kompli aqra »

Ftit jiem ‘il bogħod mill-Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza

  • Tħabbru d-dettalji tat-23 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-Ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena organizzata mid-Dar tal-Providenza biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tas-Siġġiewi tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha u ssaħħaħa. Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret t-Tlieta, 11 ta’ Diċembru 2018.

    Fr Martin semma’ erba’ għanijiet tal-Festa ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza: li l-pubbliku jkun jista’ jiltaqa’ mar-residenti tad-Dar; li jara b’għajnejh xi proġetti u inizzjattivi importanti li saru jew qed isiru fid-Dar; li jinġabru fondi biex is-servizz siewi li tagħti d-Dar tal-Providenza jkun jista’ jibqa’ għaddej u jitjiebu; u fl-aħħarnett biex jitwassal il-messaġġ li d-Dar tal-Providenza dejjem trid twassal: is-soċjetà dejjem  trid tirrispetta lill-persuni b’diżabilità, titrattahom bid-dinjità li jixirqilhom u toffrilhom l-għażliet u l-opportunitajiet li kulħadd għandu dritt li jgawdi…

  • Kompli aqra »

Raġel jiftaħ in-nar waqt Quddiesa f’katidral il-Brażil u jmutu erbgħa

  • People gather outside the Campinas Cathedral after the shooting in Sao Paulo state, Brazil.

     

  • A gunman has shot and killed four people during Mass at a cathedral in southern Brazil before shooting himself at the altar.

    He also shot and injured four others, all elderly worshippers, using a revolver and a .38 pistol in the attack at the Metropolitan Cathedral in Campinas, an industrial city 60 miles north of São Paulo…

  • Kompli aqra »

Ngħożżu l-ġmiel

Quddiesa fil-festa tal-Immakulata Kunċiżżjoni

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, l-Ibraġ

    8 ta’ Diċembru 2018

    Il-fidi tagħna f’Alla hi mibnija qabel xejn fuq dak li hu sabiħ, u l-festa tal-Kunċizzjoni li qed niċċelebraw illum hi l-festa tas-sbuħija. Fl-Immakulata Kunċizzjoni aħna naraw il-ġmiel, dak li hu tassew sabiħ u jsebbaħ…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Ħamruniżi fil-festa tal-Kunċizzjoni

Quddiesa fil-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni u f'għeluq il-50 sena tal-parroċċa tal-Immakulata Kunċiżżjoni fil-Ħamrun

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja tal-Immakulata Kunċiżżjoni, il-Ħamrun

    8 ta’ Diċembru 2018

    “Għannu lill-Mulej għanja ġdida għax għamel l-għeġubijiet” (Salm 97:1) Illum qegħdin niċċelebraw b’solennità kbira li tikkonferma l-kliem tas-Salm 97. Aħna llum nieqfu u b’għaġeb kbir infaħħru lill-Mulej u nadurawh fil-misteru kbir tal-ħniena tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 40, 25-31
    Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8 u 10

    L-Evanġelju: Mattew 11, 28-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.

    Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju waqt l-adorazzjoni favur il-ħajja

Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija organizzata minn Life Network Foundation

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Knisja ta’ Sant’Antnin, Birkirkara

    6 ta’ Diċembru 2018

    Hemm żewġ kelmiet li nisimgħuhom ta’ spiss fi żmienna: fake news. Jirreferu għal aħbarijiet li joħorġu u jinstemgħu minn diversi nies imma ma jkunux veri. Għalhekk ‘fake’.

    Hemm prattika oħra mifruxa fi żmienna: il-fake language…

  • Kompli aqra »

Kif se nħoss lill-Mulej miegħi dan il-Milied?

Quddiesa għall-istudenti tal-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti fil-bidu tal-kampanja ‘Milied flimkien’

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    10 ta’ Diċembru 2018

    It-tfal tal-Iskola Primarja ta’ San Ġwann irrakkuntawlna l-ġrajja tal-Milied u Jethro kemm-il darba uża sentenza li kien iħobb ħafna jirrepeti wkoll San Ġorġ Preca: “Verbum Dei caro factum est” (Ġw 1:14)…

  • Kompli aqra »