Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 3-11
    Salm: 95 (96), 1-2a.2b-3.5b-6

    L-Evanġelju: Luqa 2, 22-35

  • Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej: “Kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej”, u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

‘Jalla f’dan il-post issiru iktar midħla tal-Mulej’ – L-Arċisqof lir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Omelija waqt Quddiesa mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin l-għada tal-Milied

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid

    26 ta’ Diċembru 2018

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom talli ġejtu għal din il-Quddiesa. Illum qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ San Stiefnu. L-isem Stiefnu jfisser ‘kuruna’. Dan iż-żagħżugħ kien ġej minn kultura Griega u għalhekk ismu wkoll ġej mill-Grieg; kien intagħżel mill-appostli ma’ sitta oħra biex ikunu jistgħu jaqdu fl-imwejjed…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Diċembru

  • Il-Qaddisin Innoċenti Martri – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1, 5; 2: 2
    Salm: 123, 2-5.7b-8

    L-Evanġelju: Mattew 2, 13-18

  • Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”.  Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi…

  • Kompli aqra »

It-Triq tal-Verità

  • Fil-festa ta’ Kristu Re, l-Arċisqof Charles J. Scicluna appella lin-Nisrani sabiex jagħżel dejjem it-triq tal-verità li hija l-Kelma ta’ Ġesù. Qal li ħafna drabi ngħixu f’dinja fejn il-kmandamenti donnu qatt ma smajniehom, b’mod speċjali dawk il-kmandamenti li jħarsu l-proxxmu. L-Arċisqof saħaq fuq tliet kmandamenti li b’mod partikolari japplikaw għas-soċjetà tal-lum:

    La tigdibx. Fil-verità u fir-rispett tal-fatti hemm ir-rispett veru ta’ xulxin; il-gidba saret strument ta’ firda li tkisser mhux biss lin-nies imma popli sħaħ. 
    La toqtolx. Ixxaħħamx butek billi tirrovina ż-żgħażagħ bid-droga; tisfruttax lin-nisa f’kummerċ li jneżżagħhom minn kull dinjità; Tobgħod lil ħadd għax f’qalbek tkun diġà qattiel…

  • Kompli aqra »

550 persuna jingħaqdu ma’ Caritas Malta għall-ikla f’Jum il-Milied

  • Ftit iktar minn 550 persuna attendew għall-ikla li Caritas Malta għamlet f’Jum il-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li Caritas Malta ħadet ħsieb torganizza din l-ikla għal dawk li jinsabu weħidhom jew li m’għandhomx biżżejjed mezzi jew bla saqaf fuq rashom.

    Għall-ikla tal-Milied attendew ukoll fost l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-President Emeritus George Abela, in-Nunzju Appostoliku Alessandro D’Errico,  l-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Il-Milied jgħallimna ngħożżu l-ħajja bl-imħabba

Omelija waqt il-Quddiesa ta' Nofsillejl

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan
    24 ta’ Diċembru 2018

    ‘Ngħożżu l-ħajja bl-imħabba’ hu l-motto li għażilt biex ikun ta’ ispirazzjoni għall-ministeru episkopali tiegħi. Jien u nħares lejn il-ġrajja tal-Milied irrakkuntata minn San Luqa nara b’mod sabiħ l-istampa ta’ kif ngħożżu l-ħajja bl-imħabba. Nixtieq li llejla nirriflettu fuq dawn iż-żewġ punti partikolari: l-għożża tal-ħajja u l-festa ta’ mħabba…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Diċembru

  • San Ġwann, Appostlu u Evanġelista – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1, 1-4
    Salm: 96, 1-2.5-6.11-12

    L-Evanġelju: Ġwanni 20, 2-8

  • Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa: Filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.  Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh”…

  • Kompli aqra »

“It-tama tal-Milied: id-dawl ta’ Ġesù li jegħleb id-dlamijiet” – L-Arċisqof

Omelija waqt Quddiesa f'Jum il-Milied

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    25 ta’ Diċembru 2018

    Dun Ġorġ Preca għallimna ngħożżu silta minn dan l-Evanġelju li għadna kemm qrajna. Dan huwa l-vers 14 tal-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Ġwann. Hu kien jgħallimna ngħożżu din is-sentenza sabiħa: “Verbum Dei caro factum est”…

  • Kompli aqra »