Yearly Archives: 2018

#ItlobGħallKnisja

  • Il‑Papa Franġisku ħeġġeġ lill‑Insara kollha sabiex matul Ottubru jitolbu għall‑Knisja, kemm individwalment u kemm bħala komunità. Il‑Papa stedinna biex kuljum nitolbu r‑Rużarju bl‑intenzjoni li Marija Omm Alla l‑Verġni Marija “tpoġġi lill‑Knisja taħt il‑mantell protettiv tagħha u tħarisha mill‑attakki tax‑Xitan, u li tagħmel lil kulħadd aktar konxju tal‑ħsarat, l‑iżbalji u l‑abbużi li saru fil‑preżent u fil‑passat, u timpenja ruħha sabiex il‑ħażen ma jirbaħx”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Novembru

  • San Luqa 17:7-10 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu: “Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel”? jew: “Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int”? Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu?

    Hekk ukoll intom, meta tagħmlu kulma tkunu ordnati, għidu: “Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu”…

  • Kompli aqra »

Ritratti: L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma fiż-Żurrieq u x-Xgħajra

Widows

  • ****

    Direttur:          Steve McQueen

    Atturi:              Viola Davis, Michelle Rodriguea, Liam Neeson, Jon Bernthal, Manuel Garcia-Rulfo, Coburn Goss, Alajandro Verdin, Bailey Ryse Walters u Elizabeth Debicki

    Ħin tal-Film:    129 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    Veronica Rawlings li tgħix f’Chicago, eżekuttiva fl-unjoni tal-għalliema, kienet miżżewġa lil Harry, kriminal gwap…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: ‘Il-kant jgħolli r-ruħ biex tisma’ l-Ispirtu’

  • Singing elevates the soul, making it “more sensitive to the voice of the Spirit.”

    Pope Francis described the musical art in this way, while speaking to 300-odd members of the “Alumni of Heaven” Choir Association on Saturday.

    The Association is celebrating the 50th anniversary of its foundation by Fr. Giuseppe Arione SJ. The Alumni seek to evangelize through music and concerts, which they perform throughout Italy and Europe…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Novembru

  • San Luqa 17:1-6 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu. U jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek: “Jisgħobbija”, aħfirlu”…

  • Kompli aqra »

“In-nies jistaqsu l-eżistenza ta’ Alla minħabba l-krudeltà tal-bniedem” – L-Arċisqof f’Jum it-Tifkira

Quddiesa f'għeluq il-100 sena mit-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    11 ta’ Novembru 2018

    L-ewwel ħsieb tiegħi ser ngħidu bil-Malti. Għalina l-Maltin dan l-anniversarju speċjali xi jfisser? Ir-rwol tagħna fl-Ewwel Gwerra Dinjija x’kien aħna u niċċelebraw l-ewwel 100 sena mit-tmiem ta’ din il-gwerra? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Novembru

  • It-Tnejn u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Mark 12:38-44 

    F’dak iż-żmien, Ġesù kien qiegħed jgħallem fit-tempju u jgħid: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa”…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa f’Jum it-Tifkira

  • Għada l-Ħadd, 11 ta’ Novembru 2018, Jum it-Tifkira, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fid-9:15 am.

    F’għeluq il-100 anniversarju mit-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija, fil-knejjes kollha f’Malta, f’nofsinhar, ser tindaqq mota b’tifkira ta’ dawk li mietu fil-gwerra. 

     

  • 

     

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof: “L-ideali tal-Caritas irridu nippromovuhom, ninkoraġġuhom, insostnuhom u mmexxuhom ’il quddiem”

Quddiesa f'għeluq il-50 sena mit-twaqqif ta' Caritas Malta

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    9 ta’ Novembru 2018

    L-episodju li smajna fl-Evanġelju tal-lum (Ġw 2, 13-22) huwa tant importanti fil-ħajja ta’ Ġesù li nsibuh fl-erba’ evanġelji. Meta Ġesù daħal fit-tempju u ra ħafna kummerċ tant irrabja li qabad sawt u ħarbat kulma kien hemm…

  • Kompli aqra »