• Il‑Papa Franġisku ħeġġeġ lill‑Insara kollha sabiex matul Ottubru jitolbu għall‑Knisja, kemm individwalment u kemm bħala komunità. Il‑Papa stedinna biex kuljum nitolbu r‑Rużarju bl‑intenzjoni li Marija Omm Alla l‑Verġni Marija “tpoġġi lill‑Knisja taħt il‑mantell protettiv tagħha u tħarisha mill‑attakki tax‑Xitan, u li tagħmel lil kulħadd aktar konxju tal‑ħsarat, l‑iżbalji u l‑abbużi li saru fil‑preżent u fil‑passat, u timpenja ruħha sabiex il‑ħażen ma jirbaħx”.

    Fi tmiem ir‑Rużarju, il‑Papa jħeġġiġna wkoll biex nitolbu żewġ talbiet oħra: l‑antifona ddedikata lill‑Verġni Marija Sub Tuum Praesidium, u t‑talba lill‑Arkanġlu San Mikiel sabiex iħares lill‑Knisja mix‑Xitan li qed jipprova jifred il‑komunità Nisranija.

    Agħfas hawn biex taqra t‑talb li qed jistedinna nitolbu l‑Papa Franġisku.