Yearly Archives: 2018

Id-dokumentarju tal-Papa Franġisku jgħin lil Caritas Malta

  • Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Awwissu, fit-Teatru Embassy il-Belt Valletta, sar special screening tal-film ‘Pope Francis – A man of His Word’ li d-dħul minnu kien kollu b’risq Caritas Malta.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna u Caritas Malta jixtiequ jesprimu l-gratitudni tagħhom lejn KRS Realeasing Ltd, Embassy Cinemas u Universal Pictures ta’ dan il-ġest ferm sabiħ biex l-entità Caritas mhux biss kellha opportunità li tirċievi d-dħul kollu li sar minn dan l-ispecial screening, imma wkoll li tesperjenza film b’ħafna messaġġi tant qawwija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Settembru

  • San Luqa 4:31-37 

    F’dak iż-żmien, Ġesù niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa.

    U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? …

  • Kompli aqra »

Bil-ġrieħi ta’ Kristu ksibna l-fejqan tagħna – L-Isqof Awżiljarju

Omelija waqt Quddiesa fil-festa tal-Għoti tal-Pjagi ti ta' San Franġisk ta' Assisi

  • Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, il-Qawra

    2 ta’ Settembru 2018

    San Franġisk ta’ Assisi hu qaddis magħruf u maħbub minn ħafna. Imma jista’ jkun mhux daqshekk magħruf għall-istimmati, il-pjagi li hu kien irċieva madwar sentejn qabel ma’ miet fuq il-Muntanja La Verna u li komplu jseħbuh mill-qrib ma’ Ġesù Kristu…

  • Kompli aqra »

Fast Forward – Pause – Play

Ġimgħa ta' attivitajiet organizzati mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija

  • Is-Soċjetà tal-MUSEUM tixtieq tistieden lill-pubbliku għal attività b’numru ta’ diskussjonijiet u film li permezz tagħhom l-individwu jkolllu l-opportunità li jaħseb, jiddiskuti, jitlob, jistaqsi u jistrieħ f’ambjent sabiħ li joffri ċ-Ċentru għall-Konferenzi Dar il-Ħanin Samaritan, f’Santa Venera.

    Malta għaddejja minn bidla kbira u mgħaġġla. Minħabba dan l-istess ritmu ssibna lanqas nistgħu naħsbu fuq dak li għaddejjin minnu. Din l-attività għandha l-iskop u x-xewqa li ġġib persuni, li jixtiequ jifhmu dak li qed jiġri madwarhom u jsibu tweġibiet intelliġenti għall-mistoqsijiet li għandhom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jappella għas-Sirja waqt l-Anġelus

  • Pope Francis on Sunday made a heartfelt appeal for the people of Syria, telling the faithful gathered for the Angelus in St Peter’s Square that there were still the winds of war in the country and “unsettling news about the risk of a possible humanitarian catastrophe in the Province of Idlib.

    The Pope invited the international community and other actors involved “to make use of the instruments of diplomacy, dialogue and negotiations, in compliance with the international humanitarian law and to safeguard the lives of civilians.”

    The Syrian province of Idlib and surrounding areas are the last major enclave held by rebels opposed to Syrian President Bashar al-Assad…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Settembru

  • San Luqa 4:16-30 

    F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Iżaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, irrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar is-sena tal-grazzja tal-Mulej”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Settembru

  • It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    San Mark 7:1-8.14-15.21-23 

    F’dak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu idejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż…

  • Kompli aqra »

Talba qawwija ta’ tifħir lil Alla għall-ħolqien li tana miktuba minn San Franġisk

  • Diversi snin ilu, il-Papa Franġisku ddedika l-1 ta’ Settembru fil-Knisja Kattolika bħala l-Jum Dinji tat-Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien. Is-sena l-oħra, il-Papa fakkar lill-Kattoliċi li: “Se niċċelebraw il-Jum tat-Talb għall-Ħarien tal-Ħolqien, flimkien ma’ ħuna l-Ortodossa u knejjes oħra. Se tkun okkażjoni biex insaħħu l-isforzi komuni tagħna biex nipproteġu l-ħajja billi nirrispettaw l-ambjent u n-natura.” Meta waqqaf din iċ-ċelebrazzjoni annwali, il-Papa Franġisku qal: “Li ngħixu l-vokazzjoni tagħna billi nipproteġu l-ħidma ta’ Alla hija essenzjali biex ngħixu ħajja moralment tajba; għall-esperjenza Nisranija tagħna din mhix għażla jew aspett sekondarju.” Fost l-influwenzi ewlenin tal-Papa Franġisku hemm San Franġisk ta’ Assisi, kif jidher fl-enċiklika tiegħu Laudato si’, li tieħu l-isem tagħha mill-Għanja tax-Xemx miktuba minn San Franġisk…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Settembru

  • San Mattew 25:14-30 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal din il-parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skont il-ħila tiegħu. U siefer. Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra…

  • Kompli aqra »