Yearly Archives: 2018

Il-Papa Franġisku: ‘Ir-rispett lejn id-dinja jibda bir-rispett lejn il-ġisem tal-bniedem’

  • The Pontifical Academy of Life is holding a two-day workshop 25-26 June. Pope Francis met with the participants on Monday and shared his thoughts with them regarding the theme: Equal Beginnings. But then? A global responsibility”.

    Science at the service of life

    Pope Francis began saying that “human ecology” needs to be encouraged to consider “the ethical and spiritual quality of life in all of its phases”…

  • Kompli aqra »

Wirja fil-knisja tal-Ġiżwiti l-Belt fl-okkażjoni tal-festa tal-Beatu Nazju Falzon

  • Fl-okkażjoni tal-festa tal-Beatu Nazju Falzon, fil-knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta ser ikun hemm eżebiti: ir-relikwja li ġiet ippreżentata lill-Papa San Ġwann Pawlu II, f’jum il-beatifikazzjoni; il-kuċċarun, il-baċir u l-plattin bi tliet vażetti li kienu jintużaw fil-magħmudijiet; ir-reġistru tal-magħmudijiet u l-lista tal-kunjomijiet tagħhom; il-pultruna li fuqha miet Nazju Falzon bl-inkwatru ta’ San Ġużepp li kellu wara rasu; l-inkwatru ta’ San Benedettu Ġużeppi Labre—li kien jintefa’ jittallab fil-bieb tal-knisja u li Nazju Falzon kellu devozzjoni kbira lejh u talab li jindilek biż-żejt tal-lampier li kellu jixgħel quddiemu dakinhar li miet…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ġunju

  • San Mattew 7:6.12-14 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom.

    Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti. Għaddu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesa’ l-bieb u spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jgħaddu minnha…

  • Kompli aqra »

Direttur ġdid għal Radju Marija

  • Dun Antoine Borg inħatar Direttur ta’ Radju Marija fl-Assemblea Ġenerali Annwali, is-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018, lejlet il-festa ta’ San Ġwann il-Battista, wara l-approvazzjoni tal-Missjoni Kanonika mogħtija mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.

    F’Mejju li għadda, Dun Antoine kien  mistieden minn Padre Livio Fanzaga, Direttur ta’ Radio Maria Italia, għal kors ta’ taħriġ profond flimkien ma’ diretturi ġodda oħra minn diversi pajjiżi, fil-muniċipju ta’ Erba, fil-provinċja ta’ Como, l-Italja…

  • Kompli aqra »

“Nipprova dejjem naqdi din ir-responsabbiltà b’sens ta’ qadi u servizz kbir” – L-Isqof-elett Mons. Galea-Curmi

L-ewwel messaġġ tal-Isqof-elett Mons. Joseph Galea-Curmi bħala l-Isqof Awżiljari l-ġdid ta' Malta

  • Messaġġ tal-Isqof-elett Mons. Joseph Galea-Curmi

     

  • Ir-residenza tal-Arċisqof, l-Imdina
    23 ta’ Ġunju 2018

    Eċċ. Mons. Nunzju Appostoliku,
    Eċċ. Arċisqof Charles J. Scicluna,
    Eċċellenzi,
    Ħuti,

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjak, għażiż Nunzju Appostoliku, għall-kliem tiegħek u nitolbok twassal anke l-gratitudni u fl-istess waqt anke l-għożża tagħna, il-poplu Malti, lill-Papa Franġisku…

  • Kompli aqra »

“Persważ li l-Isqof Awżiljaru l-ġdid ikompli jkun ta’ għajnuna fil-ħidma pastorali tad-djoċesi” – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fit-tħabbira tan-nomina ta' Isqof Awżiljari ġdid tal-Arċidjoċesi ta' Malta

  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Ir-residenza tal-Arċisqof, l-Imdina
    23 ta’ Ġunju 2018

    Eċċ. Mons. Nunzju Appostoliku, nixtieqek twassal il-gratitudni tal-Knisja f’Malta u tiegħi personali lill-Papa Franġisku, għal din in-nomina li timla l-qalb tagħna bil-ferħ.

    Jiena persważ li l-Eċċellenza Tiegħu, Mons. Joseph Galea-Curmi, l-Isqof Awżiljarju l-ġdid, ikompli jkun ta’ għajnuna—mhux jibda imma jkompli jkun ta’ għajnuna—fil-ħidma pastorali tad-djoċesi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ġunju

  • San Mattew 7:1-5 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom.

    Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Jew kif tmur tgħid lil ħuk: “Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek”, meta inti stess f’għajnek għandek travu? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Ġunju

  • It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennità

    San Luqa 1:57-66.80 

    Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!”

    Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb…

  • Kompli aqra »