• Dun Antoine Borg inħatar Direttur ta’ Radju Marija fl-Assemblea Ġenerali Annwali, is-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018, lejlet il-festa ta’ San Ġwann il-Battista, wara l-approvazzjoni tal-Missjoni Kanonika mogħtija mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna.

    F’Mejju li għadda, Dun Antoine kien  mistieden minn Padre Livio Fanzaga, Direttur ta’ Radio Maria Italia, għal kors ta’ taħriġ profond flimkien ma’ diretturi ġodda oħra minn diversi pajjiżi, fil-muniċipju ta’ Erba, fil-provinċja ta’ Como, l-Italja.

    Dun Antoine twieled il-Mosta fil-31 ta’ Marzu 1973 . Huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Mosta fejn kompla bl-istudji tiegħu fil-Kulleġġ ta’ St Edward’s. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-20 ta’ Ġunju 2003 u serva diversi ħatriet fosthom viċi arċipriet fil-parroċċa ta’ Marija Assunta l-Mosta u kappillan fl-Imġarr.

    Fil-preżent Dun Antoine jokkupa l-kariga ta’ rettur taż-żona pastorali ta’ Sant’Andrija, il-Mosta.