Yearly Archives: 2018

Il-qaddisin tal-bieb ta’ maġenbna

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna qal li għalkemm il‑kultura tagħna tgħallem li l‑qaddisin huma biss  dawk li mietu għal Kristu, fl‑eżortazzjoni l‑ġdida Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew) il‑Papa Franġisku rnexxielu jniżżel il‑qdusija minn fuq il‑pedestall. Fil‑ħames kapitli tal‑eżortazzjoni l-Papa jispjega kif fid‑dinja tal‑lum il‑qdusija tista’ tinkiseb fil‑familja, fuq il‑post tax‑xogħol u fil‑ħajja kkonsagrata fost l‑oħrajn.

    Waqt il‑preżentazzjoni tal‑verżjoni bil‑Malti tal‑eżortazzjoni appostolika Ifirħu u Thennew, li saret fis‑Seminarju, l‑Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

“Il-qdusija tista’ tinkiseb permezz ta’ ġesti żgħar ta’ mħabba kuljum u minn kulħadd”

Il-preżentazzjoni tal-verżjoni bil-Malti tal-eżortazzjoni appostolika tal-Papa Franġisku 'Ifirħu u Thennew'

  •  

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna qal li għalkemm il‑kultura tagħna tgħallem li l‑qaddisin huma biss  dawk li mietu għal Kristu, fl‑eżortazzjoni l‑ġdida Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew) il‑Papa Franġisku rnexxielu jniżżel il‑qdusija minn fuq il‑pedestall. Fil‑ħames kapitli tal‑eżortazzjoni l-Papa jispjega kif fid‑dinja tal‑lum il‑qdusija tista’ tinkiseb fil‑familja, fuq il‑post tax‑xogħol u fil‑ħajja kkonsagrata fost l‑oħrajn…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ġunju

  • San Mark 12: 13-17 

    F’dak iż-żmien, bagħtu għand Ġesù xi Fariżej u Erodjani biex jonsbuh f’xi kelma. Ġew u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li ma tħabbel rasek b’ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi. Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari? …

  • Kompli aqra »

“L-Ispirtu s-Santu ser isaħħek; fil-biża’ jagħtik it-tama, fid-dlam ikun id-dawl tiegħek” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra l-għoti tas-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti tal-Parroċċa tal-Ibraġ

  • Homily by Archbishop Charles J. Scicluna

     

  • Ibraġ Parish Church
    19th May 2018

    I have just pronounced you grown-ups as Christians. You have to wait in order to be able to drive a car and I suggest you do that, and you have to wait to do so many other things in life, but the Church today is asking you to do something very important in front of all the community, your sponsors and your parents…

  • Kompli aqra »

18-il saċerdot jiċċelebraw anniversarju speċjali tal-ordinazzjoni presbiterali tagħhom

  • Il-Ħadd, fil-festa ta’ Corpus Christi, 18-il saċerdot attendew għal Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Katidral tal-Imdina, fejn fakkru għeluq il-25, il-50 u s-60 sena mill-ordinazzjoni tagħhom. Patri Rikkardu Attard OSA, Patri Damjan Cachia O Carm, Patri Lawrence Caruana SJ, Patri Noe Schiavone OSA, Dun Ġużepp Sultana minn Ħal Balzan (jinsab fid-Dar tal-Kleru) u Patri Hilary Tagliaferro OSA ġew ordnati saċerdoti fl-1958 u qed ifakkru s-60 anniversarju…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ġunju

  • San Mark 12: 1-12 

    F’dak iż-żmien, Ġesù beda jkellem lill-qassisin, lill-kittieba u lix-xjuħ tal-poplu bil-parabboli: “Kien hemm raġel li ħawwel għalqa bid-dwieli; tella’ ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, bnielha torri, u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra. Meta wasal iż-żmien, bagħat qaddej għand dawk il-bdiewa biex jiġborlu mingħandhom is-sehem li kien imiss lilu mill-frott tal-għalqa…

  • Kompli aqra »

“L-Ewkaristija hija l-ikel tal-pellegrini” – L-Arċisqof f’Corpus

Quddiesa fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù u purċissjoni bl-Ewkaristija fit-toroq tal-Imdina

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Katidral tal-Imdina
    3 ta’ Ġunju 2018

    “Jekk id-demm tal-mogħoż u tal-gniedes u l-irmied tal-għoġla mraxxax fuq dawk li huma mniġġsa jista’ jqaddishom billi jagħtihom l-indafa tal-ġisem, kemm aktar id-demm ta’ Kristu, li bl-Ispirtu ta’ dejjem offra lilu nnifsu vittma safja lil Alla, jista’ jnaddaf il-kuxjenza tagħkom mill-għemil mejjet biex taqdu lil Alla ħaj!” (Lhud 9, 13-14)…

  • Kompli aqra »

Live: Is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù

  • Illum il-Ħadd, 3 ta’ Ġunju 2018, fid-9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra Pontifikal fis‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil‑Katidral tal‑Imdina, flimkien mal‑Kapitlu. Waqt l-istess Quddiesa ser jieħdu wkoll sehem is‑saċerdoti li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali mill‑ordinazzjoni tagħhom. Wara l-Quddiesa, l-Arċisqof ser imexxi purċissjoni bl‑Ewkaristija mat‑toroq ewlenin tal‑Imdina.

     

  • 

     

  • Kompli aqra »