Live: L-Arċisqof jippreżenta l-verżjoni bil-Malti tal-aħħar eżortazzjoni appostolika tal-Papa ‘Gaudete et Exsultate’
31/05/2018-
-
L-Arċisqof Charles J. Scicluna llejla ser jagħti preżentazzjoni u jniedi l-verżjoni bil-Malti tal-eżortazzjoni appostolika l-ġdida tal-Papa Franġisku Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew).
Il-preżentazzjoni ser issir fis-7pm, fil-bitħa ċentrali tas-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù, ir-Rabat. Fi tmiem il-preżentazzjoni l-Arċisqof ser imexxi mument ta’ talb. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi.
F’din l-eżortazzjoni, il-Papa Franġisku jitkellem dwar is-sejħa għall-qdusija fid-dinja tal-lum…