Yearly Archives: 2018

“Il-Mulej għażlu biex jagħmel il-frott” – L-Arċisqof fil-funeral ta’ Fr Arthur Vella S.J.

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Arċipretali, il-Mosta
    24 ta’ Mejju 2018

    Kull wieħed u waħda minnha li qegħdin hawn illum għandna xi storja jew xi rakkont dwar dak li kien ifisser għalina Turu jew Fr Arthur. Il-preżenza tagħna hija xhieda tal-ġid kollu li għamel il-Mulej permezz ta’ dan ir-raġel għaqli u fidil, ta’ dan l-għalliem tad-dixxerniment…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ ir-rispett għan-normi morali dwar il-ħajja tal-bniedem

  • Pope blessing a sick child and his assistants in Bangladesh in December 2017. 

     

  • Pope Francis on Monday encouraged Catholic doctors to continue being faithful and consistent in their commitment to spread and implement the pro-life teaching of the Church so that nothing goes against human life in its concrete existence, no matter how weak,  defenceless, undeveloped or less advanced it may be…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Mejju

  • San Mark 10:28-31 

    F’dak iż-żmien, qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk”.

    Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej…

  • Kompli aqra »

“Il-libsa sabiħa ta’ barra hija bħal qalb sabiħa ta’ ġewwa” – L-Arċisqof lit-tfal tas-Siġġiewi li rċevew l-Ewwel Tqarbina

Quddiesa fil-bidu tal-Viżta Pastorali tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-parroċċa tas-Siġġiewi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    Knisja Parokkjali ta’ San Nikola, is-Siġġiewi

    27 ta’ Mejju 2018

    Għeżież tfal,

    L-ewwel nett nixtieq ngħidilkom prosit ta’ kemm intom libsin sbieħ. Tgħiduli: ‘Taf kemm ilna nippreparaw biex inkunu sbieħ?’ Imma għaliex ġejtu hawnhekk illum daqshekk sbieħ? Għalfejn ilbistu din il-libsa sabiħa? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Mejju

  • San Mark 10:17-27 

    F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien se jaqbad it-triq, mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”.

    Ġesù qallu: “Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? Ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u ’l ommok”…

  • Kompli aqra »

Il-50 anniversarju minn meta spiċċaw is-sekondarja

  • Those students celebrating their last day of school and the end of their 5-year term at the Archbishop’s Minor Seminary in that far away May of 1968 never imagined that they would once again meet up to celebrate the 50th anniversary of that day.

    This special event was held on the 8th May at The Archbishop’s Curia in Floriana, which then hosted the Minor and Major Seminaries…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Mejju

  • It-Trinità Qaddisa – Solennità

    San Mattew 28:16-20 

    F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw.

    Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Iż-żwieġ huwa x-xbieha tal-Mulej

  • Pope Francis spoke about the beauty of marriage in his homily at the Casa Santa Marta on Friday. Among the faithful present at the morning Mass were seven married couples celebrating their 25th and 50th wedding anniversaries.

    “Yes, you can” or “no, you can’t”

    The Gospel passage for the day, from the Gospel of St Mark, speaks of the intentions of the Pharisees, who asked Jesus a question precisely in order to test Him…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Mejju

  • San Mark 10:13-16 

    F’dak iż-żmien, ġiebu quddiem Ġesù xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajtu magħhom. Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: “Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla.

    Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha”…

  • Kompli aqra »