Yearly Archives: 2018

Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew) issa bil-Malti

L-Arċisqof jippreżenta u jniedi l-verżjoni bil-Malti tal-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku ‘Ifirħu u Thennew’

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jagħti preżentazzjoni u jniedi l‑verżjoni bil‑Malti tal‑Eżortazzjoni Appostolika l‑ġdida tal‑Papa Franġisku Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew). Il‑preżentazzjoni ser issir nhar il‑Ħamis, 31 ta’ Mejju 2018, fis‑7pm, fil‑bitħa ċentrali tas‑Seminarju tal‑Arċisqof, tal‑Virtù, ir-Rabat. Fi tmiem il‑preżentazzjoni l‑Arċisqof ser imexxi mument ta’ talb. Il‑pubbliku huwa mistieden jattendi.

    F’din l‑eżortazzjoni, il‑Papa Franġisku jitkellem dwar is‑sejħa għall‑qdusija fid‑dinja tal‑lum…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

  • San Mark 10:1-12 

    F’dak iż-żmien, Ġesù telaq minn Kafarnahum u mar fl-art tal-Lhudija u ’l hemm mill-Ġordan, u n-nies mill-ġdid inġabret madwaru; u hu, kif kienet id-drawwa tiegħu, raġa’ qabad jgħallimhom. Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. Weġibhom u qal: “X’ordnalkom Mosè?”. Qalulu: “Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha”…

  • Kompli aqra »

“L-Ispirtu qaddis tal-Mulej mhuwiex biss dak l-ispirtu li jiggwidana lejn il-glorja imma wkoll l-ispirtu tal-maħfra” – L-Arċisqof

Quddiesa f'għeluq il-25 anniversarju ta' Richmond Foundation

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Konkatidral ta San Ġwann, il-Belt Valletta
    19 ta’ Mejju 2018

    L-Evanġelju li għadna kemm qrajna jgħidilna li d-don tal-Ispirtu kien intimament marbut mal-glorifikazzjoni ta’ Ġesù. Fil-fatt f’kapitlu 7 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, li minnu għadna kemm smajna s-silta, il-Mulej jitkellem dwar l-Ispirtu u jagħmel dan il-kumment: “Dan qalu għall-Ispirtu li kellhom jirċievu dawk li jemmnu fih, għax l-Ispirtu kien għad ma ngħatalhomx, billi Ġesù kien għadu ma ġiex igglorifikat” (Ġw 7:39)…

  • Kompli aqra »

Kamra tal-mużika għar-residenti tad-Dar tal-Providenza

  • Ir-residenti tad-Dar tal-Providenza issa għandhom kamra tal-mużika speċjalizzata fejn ikollhom sessjonijiet tal-mużika b’mod individwali kif ukoll fi gruppi, liema sessjonijiet huma ta’ benefiċċju kbir għalihom.

    Il-kamra tal-mużika setgħet issir bil-għajnuna finanzjarja tar-Rotary Club La Valette, ir-Rotary Club Malta u r-Rotary International District 2110 li sponserjaw il-proġett kif ukoll tal-Alf. Mizzi Foundation li sponsorjat il-lift li jwassal għall-kamra tal-mużika.

    Qabel l-inawgurazzjoni tkellmu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, li fid-diskors ta’ merħba sab ħin jirringrazzja lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom biex jitwettaq dan il-proġett; is-Sinjura Margaret Vella, il-Fiżjoterapista Ewlenija tad-Dar li tkellmet dwar l-għan tal-kamra tal-mużika;  il-Perit, Prof…

  • Kompli aqra »

Il-Bank tal-Vatikan jippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapport annwali tal-2017

  • On April 24th, 2018 the Board of Superintendence of the Institute for Works of Religion (IOR) unanimously approved the Financial Statements for 2017 and submitted to the Cardinals’ Commission a proposal to allocate all profits to the Holy See.

    In 2017, the IOR continued with prudence to offer financial services to the Catholic Church across the world and the Vatican City State…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

  • San Mark 9:41-50 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min jagħtikom tazza ilma x’tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma jibqax mingħajr il-ħlas tiegħu. Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar.

    U jekk idek hija għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b’id waħda fil-ħajja, milli tmur b’idejk it-tnejn fl-infern, fin-nar li ma jintefiex…

  • Kompli aqra »

Jum ta’ talb u sawm biex nipproteġu l-ħajja

  • Il-poplu tal-gżejjer tagħna minn dejjem kien u għadu favur il-ħajja mill-bidu nett sat-tmiem naturali.

    Waqt li l-membri parlamentari tagħna qed jiddiskutu l-hekk imsejjaħ ‘Att li jipproteġi l-Embrijuni’, l-Aid to the Church in Need tħoss li, f’din iċ-ċirkustanza, jeħtieġ li nirriflettu aktar flimkien bħal aħwa Maltin, iżda fuq kollox irridu nitolbu l-għajnuna ta’ Alla sabiex idawwal il-qlub u l-imħuħ ta’ kull min hu responsabbli għal dan l-Att…

  • Kompli aqra »

Il-Kardinal Sarah se jkun dak li ser jgħid l-‘Habemus Papam’ li jmiss

  • Cardinal Robert Sarah has become the “proto-deacon”: that is to say that in case of conclave, he will be responsible for announcing the name of the future new pope, and will thus pronounce the famous “Habemus papam” from the balcony of St Peter’s Basilica, noted the newspaper La Croix on May 21, 2018. 

    That, of course, is presuming that there would be a conclave before his tenure as proto-deacon ends and also presuming that he himself wouldn’t be elected the next pope! …

  • Kompli aqra »