Yearly Archives: 2018

Il-Papa Emeritu Benedittu XVI jiċċelebra għeluq il-91 sena tiegħu

  • The day of Joseph Ratzinger’s birth has been seen by some as a sign of Divine Providence. It was certainly a sign of things to come. The future Pope Benedict XVI was born on Holy Saturday, April 16th 1927. His birthplace is Marktl-an-Inn, a tiny village less than an hour’s walk away from Altoetting, the most important Marian Shrine in Bavaria…

  • Kompli aqra »

Servizz għall-poplu Malti u għad-dinjità tal-bniedem – L-Arċisqof

Messaġġ waqt l-iffirmar tal-ftehim għat-twaqqif ta’ St Michael’s Hospice

Messaġġ mill-Arċisqof

Hija xi ħaġa sabiħa ħafna li l‑Arċidjoċesi ta’ Malta qiegħda toffri din il‑proprjetà lill‑Hospice. Bdiet b’inizjattiva ta’ mara lajka (Adelaide Cini) li kienet profeta ta’ servizz soċjali li kien neċessarju fi żmienha, u issa qed tiġi afdata lil lajċi esperti biex nirrispondu għal sitwazzjoni attwali.

Servizz għall‑poplu Malti u servizz għad‑dinjità tal‑bniedem. Il‑Hospice għandhom bżonn mhux biss l‑appoġġ imma l‑ammirazzjoni tagħna wkoll għal dak kollu li jagħmlu bis‑servizzi li joffru fil‑komunità u issa wkoll bl‑offerta ta’ servizz u esperjenza residenzjali li mhux biss fid‑djar, imma anke f’dan l‑ambjent, li nawguraw li jkun ambjent sabiħ… Kompli aqra »

Proprjetà tal-Knisja li tiswa €8 miljun ser tinbidel fl-ewwel kumpless state-of-the-art tal-Hospice f’Malta għall-kura paljattiva

L-iffirmar ta' ftehim bejn l-Arċidjoċesi ta' Malta u l-Hopice Movement

  • L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑Malta Hospice Movement iffirmaw ftehim uffiċjali għat‑twaqqif ta’ St Michael’s Hospice, l‑ewwel kumpless state‑of‑the‑art f’Malta li jipprovdi kura paljattiva komprensiva.

    Matul is‑Sena tal‑Ħniena, f’Lulju 2016, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna kien ħabbar li l‑Knisja ser tidentifika l‑post ideali għat‑twaqqif ta’ kumpless li, b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjoni rreġistrata li taħdem f’dan il‑qasam, tipprovdi servizzi ta’ kura paljattiva għal pazjenti b’kundizzjonijiet mediċi serji…

  • Kompli aqra »

Live: Polza tal-għażla għall-Year 1 bniet u subien – Dħul 2018

  • It-Tnejn, 16 ta’ April 2018, tista’ ssegwi ‘live’ t-tlugħ tal-polza tal-għażla għall-Ewwel Sena primarja fi skejjel tal-Knisja għal studenti bniet u subien, fl-Istitut tal-Azzjoni Kattolika, il-Furjana.

    Il-polza tas-subien tibda f’12pm u dik tal-bniet fis-2pm.

  • Segwi ‘live’ l-polza tas-subien
  • 
  • Segwi ‘live’ l-polza tal-bniet
  • 

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ April

  • It-Tnejn tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 6:22-29 

    L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom.

    Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr…

  • Kompli aqra »

Live: Polza tal-għażla għall-Form 1 bniet u subien – Dħul 2018

  • It-Tnejn, 16 ta’ April 2018, tista’ ssegwi ‘live’ t-tlugħ tal-polza tal-għażla għall-Ewwel Sena sekondarja fi skejjel tal-Knisja għal studenti bniet u subien, fl-Istitut tal-Azzjoni Kattolika, il-Furjana.

    Il-polza tal-bniet tibda fid-9am u dik tas-subien fid-9:30am.

  • Segwi ‘live’ l-polza tal-bniet
  • Segwi ‘live’ l-polza tas-subien
  • Kompli aqra »

Nibqgħu nitolbu lil Publiju biex jibqa’ jkollna l-għatx u l-ġuħ għall-ġustizzja – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Publiju

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, il-Furjana
    15 ta’ April 2018

    Il-kelma ‘hieni’ u ‘mbierek’ li Ġesù jtenni fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, din il-kelma ‘ħieni’ issir sinonimu ta’ qaddis għax dik il-persuna fidila lejn Alla u li tgħix il-Kelma tiegħu, tilħaq fl-għotja tagħha nfisha l-veru ferħ.

    Aħna l-Maltin meta nirreferu għall-Prinċep, għall-Protos tal-gżira li laqa’ lill-Appostlu Missierna, nirreferu għalih bħala San Publiju…

  • Kompli aqra »

A reality check

Artiklu mill-Vigarju Ġenerali, Fr Joe Galea Curmi, ippubblikat fuq The Sunday Times of Malta

  • The Church in Malta, through Discern (the Institute of the Church for research),  commissioned a research by means of a census that took place during the first weekend of December 2017,  as well as a survey that was carried out in the following days. The Church has done this reality check because it wants to be aware of the true picture of contemporary society in order to be more pastorally effective in the coming years…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ April

  • It-Tielet Ħadd tal-Għid

    San Luqa 24: 35-48 

    F’dak iż-żmien, iż-żewġ dixxipli li reġgħu lura Ġerusalemm minn Għemmaws kienu qegħdin itarrfu lill-Ħdax u lil dawk li kienu magħħom xi ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż!

    Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma…

  • Kompli aqra »

Jum il-Karità 2018

  • Il-Knisja f’Malta għada l-Ħadd, 15 ta’ April, ser tiċċelebra Jum il-Karità, biex tgħin u tkompli tqajjem kuxjenza dwar id-dinjità ta’ kull persuna fis-soċjetà tagħna, l-aktar dawk vulnerabbli. Għal dan il-għan fi tmiem din il-ġimgħa ser isir ġbir speċjali fil-knejjes kollha waqt il-Quddies tas-Sibt filgħaxija u tal-Ħadd.

    Bid-donazzjonijiet miġbura ser jibbenefikaw dawk il-persuni li jirrikorru għall-għajnuna fid-djar jew fl-entitajiet tal-Knisja f’Malta, fosthom: it-tfal u ż-żgħażagħ li kellhom trobbija diffiċli, il-vittmi tal-vjolenza domestika, il-persuni li qed jegħlbu l-vizzju tad-droga, in-nisa li jaqgħu fil-prostituzzjoni, il-persuni b’diżabilità, l-immigranti u r-refuġjati, l-anzjani, il-familji fil-bżonn u dawk li m’għandhomx dar fejn joqgħodu…

  • Kompli aqra »