Yearly Archives: 2018

L-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa fuq il-qdusija ser tiġi ppreżentata nhar it-Tnejn li ġej

  • A statement released by the Holy See Press Office on Thursday said a Press Conference to launch and present Pope Francis’ Apostolic Exhortation “Gaudete et Exsultate” (Rejoice and be glad), and subtitled “On the call to holiness in the contemporary world” will take place on 9 April at noon.

    An Apostolic Exhortation is considered one of the highest ranking papal documents, after Encyclical Letters…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ April

  • Is-Sibt tal-Ottava tal-Għid

    San Mark 16: 9-15

    Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex.

    Wara dan, wera ruħu taħt sura oħra lil tnejn minnhom huma u sejrin bil-mixi lejn ir-raba’…

  • Kompli aqra »

Live: L-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ disa’ saċerdoti ġodda

  • Għada s-Sibt, 7 ta’ April 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ disa’ saċerdoti ġodda, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Iċ-ċelebrazzjoni ser tibda fid-9:15am.

    Id-djakni li ser jilħqu saċerdoti huma: Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi, Fra Jethro Bajada tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini, Rev. Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq, Rev. Bernard Micallef mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien, Rev…

  • Kompli aqra »

Jiftaħ il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju tal-Provinċja Agostinjana Maltija

  • Fl-4 ta’ April fetaħ uffiċjalment il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju tal-patrijiet Agostinjani ta’ Malta. Il-Kapitlu huwa laqgħa ġenerali li fiha r-reliġjużi jinġabru biex jiċċelebraw u jevalwaw il-ħajja tagħhom, waqt li jippjanaw il-programm tagħhom għall-erba’ snin li ġejjin. L-Agostinjani jagħtu s-servizz tagħhom lill-Knisja u lis-soċjetà f’diversi oqsma, kemm f’Malta u kif ukoll lil hinn minn xtuxtna.

    Fiċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ tal-Kapitlu, il-Pirjol Ġenerali tal-Ordni Agostinjan, Patri Alejandro Moral Anton , ta l-mandat lill-Pirjol Provinċjali l-ġdid, Patri Leslie Gatt, li kien elett aktar kmieni din is-sena…

  • Kompli aqra »

Velja ta’ talb bi tħejjija għall-ordinazzjoni ta’ disa’ saċerdoti ġodda

  • Bi preparazzjoni għall-ordinazzjoni presbiterali ta’ għada, fejn disa’ djakni ser jiġu ordnati saċerdoti, illejla fis-6:30pm, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Wied il-Għajn ser issir Quddiesa u wara ser ikun hemm velja ta’ talb ta’ siegħa għal dawn id-disa’ djakni, żewġ djoċesani u seba’ reliġjużi. 

    Id-djakni huma: Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi, Fra Jethro Bajad, Rev. Anton D’Amato,  Rev. Bernard Micallef, Rev. Kenneth Micallef, Fra Kurt Mizzi, Fra Elmar Pace, Rev…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ April

  • Il-Ġimgħa tal-Ottava tal-Għid

    San Ġwann 21:1-14 

    F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”.

    Marru, rikbu d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn…

  • Kompli aqra »

‘Dan il-maqdes, iddedikat lill-Beata Verġni tal-Karmelu u tant għażiż għalina l-Maltin u l-Għawdxin, huwa tifkira ħajja li Alla huwa magħna’ – L-Arċisqof

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta
    4 ta’ April 2018

    Iż-żewġ dixxipli dakinhar tal-ewwel jum tal-ġimgħa, telqu minn Ġerusalemm imnikkta. Niket, bluha u ebusija tal-qalb huma sentimenti li kienu qegħdin itaqqlu lil Kleofa u lil sieħbu. Kienu raw lil Ġesù jmut fuq is-salib, kienu wkoll semgħu bl-aħbar tal-irxoxt tiegħu, imma kien hemm xi ħaġa li ttaqqalhom, kien hemm għamat fuq qalbhom u ddeċidew li jitilqu minn Ġerusalmem u jmorru lejn ir-raħal ta’ Għemmaws…

  • Kompli aqra »

Il-muniti fil-Funtana ta’ Trevi jkomplu jgħinu lin-nies fil-bżonn f’Ruma

  • The funds tourists unknowingly contribute allow them to join the Catholic charity in becoming ‘protagonists of change’ for the city’s poor.

  • While millions of tourists throw a coin over their shoulder into Rome’s Trevi Fountain hoping to return to Rome one day, the money scooped out of the fountain each week offers more concrete hope to the city’s poor…

  • Kompli aqra »

Proud Mary

  • ***

    Direttur:          Babak Najafi

    Atturi:              Taraji P. Henson, Jahi di’Allo Winston , Billy Brown, Danny Glover, Neal McDonough, Xander Berkely, Margaret Avery u Rade Serbedzija

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  18

    Mary Goodwin, qattiela esperta, toqtol kiesaħ u biered raġel li kien għamel djun kbar fuq imħatri u li ma ħallashom qatt…

  • Kompli aqra »