Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju ta’ Sibt il-Għid: 31 ta’ Marzu

  • L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

    Solennità – Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid

    San Mark 16:1-7 

    Meta għadda s-Sibt, Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilkuh bihom. U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx marru ħdejn il-qabar. U bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” Iżda meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb; kienet ġebla kbira ħafna…

  • Kompli aqra »

Il-ħasil tar-riġlejn mill-Arċisqof Scicluna

  • Din is‑sena, f’Ħamis ix‑Xirka filgħaxija, waqt it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna xtaq li jaħsel riġlejn ta’ tfal, adolexxenti u żgħażagħ minn realtajiet differenti. Dan fil‑kuntest tal‑laqgħat li l‑Arċisqof qed jagħmel bi tħejjija għas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑żgħażagħ imsejjaħ mill‑Papa Franġisku, li ser isir f’Ottubru li ġej fil‑Vatikan. dawk li ġew mistiedna mill‑Arċisqof għall‑ħasil tar‑riġlejn il-bieraħ filgħaxija huma:

    • Sitt itfal u adolexxenti uħud minnhom mill‑Kummissjoni Djoċesana Tfal,
    • Tliet żgħażagħ li jwettqu ħidma volontarja u pastorali fi gruppi taż‑żgħażagħ,
    • Żewġ koppji żgħażagħ miżżewġa,
    • Żewġ priġunieri żgħażagħ…
  • Kompli aqra »

“Nitolbu li l-qalb ta’ kull Nisrani tirtab” – L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

L-Arċisqof jiċċelebra t-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej bil-ħasil tar-riġlejn f'Ħamis ix-Xirka

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    29 ta’ Marzu 2018

    “Mulej, mhux saqajja biss, imma jdejja u rasi wkoll” (Ġw 13, 9). Dawn il-kliem qalhom Xmun Pietru, maħsud u skandalizzat li l-Imgħallem u l-Mulej beda jaħsel saqajn id-dixxipli, ġest li kien riservat għall-iskjavi tal-familja li kelhom id-dover li, meta jiġu l-mistednin għall-ikel, l-ewwel ħaġa jaħslulhom saqajhom biex ikunu jistgħu jistrieħu komdi fuq id-divani għall-mejda tal-ikel…

  • Kompli aqra »

Live: L‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej

  • Il‑Ġimgħa, 30 ta’ Marzu, il‑Ġimgħa l‑Kbira, fit‑3:30 p.m., l-Arċisqof imexxi l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Din il‑liturġija tinkludi r‑Rakkont tal‑Passjoni skont San Ġwann, l‑Adorazzjoni tas‑Salib u t‑Tqarbin.

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fil-Quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka: ‘Ġesù jagħti ħajtu biex ikun ta’ servizz’

  • Pope Francis, speaking off the cuff during his homily during the Mass of the Lord’s Supper at Regina Coeli prison, contextualized the Gospel passage from John in which Jesus washes his disciples’ feet.

    Jesus does what a slave does

    He explains that this was a task done by slaves. After having dirtied their feet on the dusty roads, people would return home…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ġimgħa l-Kbira: 30 ta’ Marzu

  • Il-Ġimgħa l-Kbira – Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej

    Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Ġwann (18:1-19, 42) 

    F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradieh, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand il-qassisin il-kbar u l-fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu maħfra għaċ-ċaħdiet kollha tagħna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mas-Sorijiet tal-Klawsura tal-Qaddisa Omm Alla, ir-Rabat

  • Homily by Achbishop Charles J. Scicluna
  • Monastery of The Mother of God
    28th March 2018

    “They gave him thirty pieces of silver and from that time on he looks for an opportunity to hand him over (Mt 26, 15-16). The Lord himself tells his twelve: “Amen, I say to you, one of you will betray me […]…

  • Kompli aqra »

“Aħna mibgħuta fid-dinja biex inkunu dawl u ħmira bħal kull Nisrani” – L-Arċisqof lis-saċerdoti f’Ħamis ix-Xirka

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa taż-Żjut f'Ħamis ix-Xirka


  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    29 ta’ Marzu 2018

    “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi għaliex il-Mulej ikkonsagrani” (Is 61, 1). Din il-frażi għażiża tħabbritilna llum fl-Ewwel Qari u Ġesù stess jagħżilha f’Nazaret biex jipproklama u jħabbar il-programm messjaniku tiegħu. “Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: ‘L-ispirtu tal-Mulej fuqi għax hu kkonsagrani’” (Lq 4, 17-18)…

  • Kompli aqra »

Live: It‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej

  • Il-Ħamis, 29 ta’ Marzu, Ħamis ix-Xirka, fis-6:15pm, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, ser issir it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej. Matul din il‑Quddiesa, fuq l‑eżempju ta’ Ġesù, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jaħsel riġlejn numru ta’ persuni. Fi tmiem il‑Quddiesa, l-Arċisqof iwassal is‑Sagrament Imqaddes fil‑Kappella tar‑Ripożizzjoni, għall‑qima tal‑Insara.

  • Kompli aqra »

“Inkomplu nitolbu għaż-żgħażagħ tagħna” – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof għall-Via Sacra Djoċesana 2018

  • L-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Belt Valletta
    28 ta’ Marzu 2018

    Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom illejla u nixtieq li nkomplu nitolbu għaż-żgħażagħ tagħna, mhux biss għal dawk li l-Mulej qiegħed isejjaħ għas-saċerdozju u għall-ħajja reliġjuża, imma wkoll għaż-żgħażagħ kollha, b’mod specjali dawk li qegħdin f’xi mument partikolari tal-ħajja tagħhom. Niftakar f’dawk li qegħdin iħejju għall-eżamijiet, dawk li qegħdin f’xi faċilità korrettiva, dawk li qegħdin f’xi faċilità ta’ rijabilitazzjoni mid-droga jew dipendenzi oħrajn, dawk li qegħdin l-isptar għall-kura, iż-żgħażagħ tagħna fl-iskejjel, fil-postijiet ta’ divertiment, fil-familji tagħna…

  • Kompli aqra »