Arkivji mensili: Jannar 2019

Ħajja ta’ fedeltà

Omelija waqt Quddiesa fil-festa tal-Familja Mqaddsa

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan

    30 ta’ Diċembru 2018

    Meta nħarsu lejn il-Familja ta’ Nazaret—ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi—li l-Knisja tqiegħed bħala ispirazzjoni u għajnuna għall-ħajja tal-familja, jista’ jkun li tiġina l-mistoqsija: Imma din il-familja li għexet 2,000 sena ilu x’messaġġ tista’ tagħtina għal ħajjitna llum? …

  • Kompli aqra »

Erba’ kandidati ġodda għas-saċerdozju

  • Erba’ seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju tal‑Arċisqof ser jitolbu lill‑Arċisqof Charles J. Scicluna biex jaċċettahom uffiċjalment bħala kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ‑ċelebrazzjoni ser issir nhar il‑Ħadd, 6 ta’ Jannar 2019, waqt il‑Quddiesa tal‑Epifanija fil‑Konkatridral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:15 a.m.

    Roderick Baldacchino u Jean‑Claude Schembri mill‑Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun, Joshua Cortis mill‑Parroċċa ta’ San Gejtanu, il‑Ħamrun, u Tony Pace mill‑Parroċċa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi, ser jistqarru pubblikament ir‑rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill‑Knisja biex iservu bħala saċerdoti…

  • Kompli aqra »

X’qal verament il-Papa dwar l-atei u l-Insara? Aqra d-diskors sħiħ

  • UDJENZA ĠENERALI
    Awla Pawlu VI
    L-Erbgħa 2 ta’ Jannar 2019

    Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba u anki s-Sena t-tajba!

    Inkomplu bil-katekeżi tagħna fuq il-“Missierna”, imdawlin mill-misteru tal-Milied li għadna kemm iċċelebrajna m’ilux.

    Il-Vanġelu ta’ Mattew iqiegħed it-test tal-“Missierna” f’punt strateġiku, fiċ-ċentru tad-Diskors tal-Muntanja (ara 6:9-13). Ħa nosservaw ix-xena: Ġesù jitla’ fuq l-għolja ħdejn l-għadira, u joqgħod bilqiegħda; madwaru għandu ċ-ċirku tad-dixxipli l-iżjed qrib tiegħu, u mbagħad folla kbira ta’ wċuħ anonimi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 29 – 3, 6
    Salm: 97 (98), 1.3ċd-4.5-6

    L-Evanġelju: Ġw 1, 29-34

  • F’dak iż-żmien, Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja! Dan hu li għalih għedtilkom: “Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli”…

  • Kompli aqra »

Omm għażiża

Omelija waqt Quddiesa fis-Solennità ta' Marija Omm Alla

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan
    1 ta’ Jannar 2019

    Il-fatt li fl-ewwel jum ta’ din is-sena l-ġdida qegħdin miġburin hawnhekk fil-knisja juri li aħna nixtiequ nitolbu lill-Mulej il-barka tiegħu għal din is-sena għax nagħrfu li hu bis-saħħa u bl-għajnuna tiegħu li nistgħu ngħixu sena tajba…

  • Kompli aqra »

Jinġabru aktar minn miljun ewro għad-Dar tal-Providenza

  • Somma rekord ta’ €1,275,442 inġabret waqt il-Festa ta’ Ġenerożità organizzata id-Dar tal-Providenza. It-temp tajjeb għalkemm kemmxejn kiesaħ għen biex għadd kbir ta’ nies marru s-Siġġiewi biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Triq Lapsi li tagħti għad-Dar ftit tkun daqshekk użata. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f’Malta w Għawdex organizzaw ġabriet speċjali.

    Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, qal li din il-Festa ta’ Ġenerożità bħal dejjem uriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’oħra wera solidarjetà u ġenerożità mad-Dar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 22-28
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

    L-Evanġelju: Ġw 1, 19-28

  • Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?”…

  • Kompli aqra »

“Nibdew is-sena billi nagħrfu li għandna bżonn lill-Mulej” – L-Arċisqof

Omelija waqt Quddiesa fis-Solennità ta' Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi
    1 ta’ Jannar 2019

    Bħalma qalulna t-tfal fil-bidu ta’ din il-Quddiesa, ir-ragħajja semgħu l-kelma tal-anġlu u hu jgħid: “Glorja ’l Alla fl-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba” (Lq 2:14). U marru jgħaġġlu lejn il-grotta ta’ Betlehem u sabu, kif kien qalilhom l-anġlu, lil Marija u lil Ġużeppi u lit-tarbija mimduda f’maxtura…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Jannar

  • L-Imqaddsa Marija Omm Alla – Solennita’ Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Num 6, 22-27
    Salm: 66 (67), 2-3.5.6.8
    It-Tieni Qari: Gal 4, 4-7

    L-Evanġelju: Luqa 2, 16-21

  • F’dak iż-żmien, ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija, u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja…

  • Kompli aqra »