Arkivji mensili: Marzu 2019

“Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan”

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-presbiterat ta' Mons. Pawl Camilleri u Mons. Victor Zammit Mckeon

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, il-Furjana

    22 ta’ Marzu 2019

    “Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan.” Huwa dan il-kliem li smajna lil Ġesù jgħid illum fl-Evanġelju ta’ San Mattew meta jirreferi għall-ġebla tax-xewka.

    Huwa dan li tgħidu, għeżież Mons. Pawl Camilleri u Mons…

  • Kompli aqra »

Filmat: Min huma s-seminaristi li bħalissa qed iħejju għas-saċerdozju?

  •  

  • Kull sena matul ir-Randan, fil-parroċċi ssir il-ġabra għas-Seminarju tal-Arċisqof, is-seminaristi ħejjew filmat qasir li jistieden lill-pubbliku jsir jaf aħjar lis-seminaristi u l-post li qed jagħtihom il-formazzjoni. 

    Bħalissa fis-Seminarju hemm 14-il seminarist imqassmin fuq ħames snin. Żewġ seminaristi oħra qegħdin jagħmlu sena esperjenza pastorali barra minn xtutna. Hemm ukoll erba’ djakni li qegħdin jagħmlu l-istudji tagħhom barra minn Malta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dewt 4, 1.5-9
    Salm: 147, 12-13.15-16.19-20

    L-Evanġelju: Mt 5, 17-19

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox…

  • Kompli aqra »

Kunċerti fi żmien ir-Randan mill-kor tal-Katidral Metropolitan

  • Il‑Kor Jubilate Deo, li huwa l‑kor tal‑Katidral Metropolitan, ser ikun qiegħed jagħti żewġ kunċerti għal żmien il‑passjoni bl‑isem ‘Miserere’. Il‑kunċerti, taħt id‑direzzjoni tal‑Maestro di Cappella Christopher Muscat, ser ikunu qed jittellgħu fiż‑żewġ residenzi tal‑kor nhar il‑Ġimgħa 5 ta’ April fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, kif ukoll it‑Tnejn 15 ta’ April fil‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar. 

    Fil‑kunċerti ser tindaqq mużika mifruxa fuq aktar minn seba’ sekli, mill‑kant sabiħ Gregorjan u polifonija Rinaxximentali għal xogħlijiet ta’ kompożituri kontemporanji…

  • Kompli aqra »

Il-festa tal-Lunzjata: Tibda bi tnejn u tispiċċa bi tlieta

Quddiesa fil-festa tal-Lunzjata

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan

    25 ta’ Marzu 2019

    Bħal-lum, il-25 ta’ Marzu, f’kull quddiesa mad-dinja kollha waqt li jingħad il-Kredu, aħna ninżlu għarkupptejna meta ngħidu l-kliem: “U ħa l-ġisem bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem”. Dan il-kliem dejjem ngħiduh waqt il-Kredu, imma bħal-lum ninżlu għarkupptejna…

  • Kompli aqra »

Il-Katidral tal-Imdina se jiftaħ il-lejl kollu għall-qrar

  • Fil‑lejl ta’ bejn il‑Ġimgħa u s‑Sibt li ġej, 29 u 30 ta’ Marzu 2019, is‑seminaristi flimkien mal‑Kapitlu Metropolitan se jorganizzaw ‘24 siegħa għall‑Mulej’. Il‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina se jkun miftuħ lejl sħiħ u għadd ta’ saċerdoti se jkunu disponibbli għas‑Sagrament tal-Qrar matul din il-velja. Il‑Katidral se jkun miftuħ mill‑Ġimgħa fis‑7:00 p.m. sas‑Sibt fit‑8:00 a.m.

    Huwa l‑Papa Franġisku li nhar il‑Ġimgħa filgħaxija fil‑Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma se jagħti bidu għas‑sitt edizzjoni ta’ ‘24 siegħa għall‑Mulej’…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 3, 25.34-43
    Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9

    L-Evanġelju: Mt 18, 21-35

  • F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

    Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu…

  • Kompli aqra »

“Fik sibna ragħaj ta’ qalb ħelwa u umli” – L-Arċisqof Scicluna lill-Arċiqsof Emeritu Pawlu Cremona

Il-messaġġ tal-Arċisqof Scicluna f'għeluq il-50 sena mill-ordinazzjoni presbiterali ta' Mons. Pawlu Cremona u Mons. George Frendo

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    24 ta’ Marzu 2019

    Eċċellenza għażiż Arċisqof Pawlu,

    Jiena nixtieq ninterpreta l-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna li qegħdin hawnhekk illejla biex ngħid grazzi lill-Mulej tad-don li tana fik. Fis-santa li tajtna bħala tifkira, inti għamilt rassenja, lista, ta’ grazzji li tak il-Mulej: li tkun xbieha ta’ Alla meta ħalqek, li tkun iben il-Missier fil-Magħmudija, li tagħti ħajtek fil-professjoni solenni fl-Ordni Dumnikan, u li 50 sena ilu sejjaħlek biex tkun presbiteru, saċerdot, qaddej…

  • Kompli aqra »

Il-missjoni tas-saċerdot: iqaddes lid-dinja ta’ madwaru – L-Arċisqof Cremona f’għeluq il-50 sena tal-ordinazzjoni presbiterali

Quddiesa f'għeluq il-50 sena mill-ordinazzjoni presbiterali ta' Mons. Pawlu Cremona u Mons. George Frendo

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona

     

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    24 ta’ Marzu 2019

    Darba Santu Wistin spjega lilu nnifsu bħala isqof, imma jien sa napplikaha anke għall-presbiterat, is-saċerdozju ministerjali. ‘Jiena magħkom jien Nisrani, għalikom jiena ragħaj’. F’din il-ġurnata nixtieq nirringrazzja lil Alla għax flimkien magħkom jien Nisrani imma mbagħad nirringrazzjah għaliex tani grazzja kbira li nkun nista’ nservi u naqdi lill-poplu tiegħu…

  • Kompli aqra »