Arkivji mensili: April 2019

Omelija tal-Isqof Awżiljarju lill-Grupp Kultura Marjana

  • Il-Grupp Kultura Marjana twaqqaf bl-iskop li jħeġġeġ fil-membri l-imħabba lejn Marija u l-apprezzament għad-devozzjoni Marjana kif espressa fil-kultura Maltija, speċjalment fil-patrimonju artistiku li għandna. Għalhekk isiru żjarat lil diversi santwarji Marjani f’Malta u f’Għawdex, li għandhom tant espressjonijiet sbieħ ta’ mħabba lejn Marija.

    Illum nirringrazzjaw lil Alla ta’ dawn is-sittin sena tal-Grupp Kultura Marjana, li twaqqaf fl-1958 u beda jaħdem uffiċjalment bl-ewwel statut tiegħu f’Lulju tal-1959…

  • Kompli aqra »

Seminar: Il-faqar u s-sempliċità f’Ġorġ Preca

  • Tuesday, 9th April 2019 from 4pm to 5pm University of Malta Faculty of Theology (Board Room 317)

    In our times, the notion of “simplicity” is often overlooked or dismissed, while the term “poverty” refers to a vice or enemy that needs to be fought. Yet, within the Christian tradition, these two notions carry also the scent of virtue. The first beatitude expresses their intrinsic link to blessedness, while religious consecration entails the profession of the evangelical counsels that include poverty.  Over the last years, Pope Francis has often articulated his wish for “a poor Church for the poor”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 13, 1-9.15-17.19-30.33-62
    Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

    L-Evanġelju: Ġw 8, 12-20

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qabad ikellem lill-Fariżej u jgħidilhom: “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja”. Qalulu l-Fariżej: “Qiegħed tixhed int għalik innifsek; mela x-xhieda tiegħek mhix minnha”.

    Weġibhom Ġesù: “U wkoll kieku kelli nixhed jien għalija nnifsi, ix-xhieda tiegħi kienet tgħodd, għax jiena naf minn fejn ġej u fejn sejjer…

  • Kompli aqra »

Kjarifika dwar artiklu ppublikat fit-Torċa

  • B’referenza għall‑artiklu bit‑titlu “In‑nuqqas tal‑Isqof Grech … eskluż mill‑Kurja” li ġie ippublikat f’It‑Torċa llum, l‑Uffiċċju Komunikazzjoni jinforma li ċelebrazzjonijiet bħal dawk tal-inawgurazzjoni ta’ President ġdid ma jiġux organizzati mill-Knisja u għaldaqstant ma’ jinħareġ ebda invit mill-Kurja.  

     

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ April

  • Il-Ħames Ħadd tar-Randan
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 43, 16-21
    Salm: 125 (126), 1-2ab. 2ċd-3.4-5.6
    It-Tieni Qari: Fil 3, 8-14

    L-Evanġelju: Ġw 8, 1-11

  • F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Imbagħad il-kittieba u l-fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju…

  • Kompli aqra »

Il-konnessjoni bejn San Ġorġ Preca u San Vinċenz Ferrer

Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta' San Vinċenz Ferrer

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Conservatorio Vincenzo Bugeja, Santa Venera
    5 ta’ April, 2019

    Dan l-Evanġelju huwa Evanġelju ħafna għażiż għalina għaliex aħna nisimgħu dan l-Evanġelju ta’ kull sena fil-festa tan-nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl.

    Illum ħadt sorpriża għax ma kontx naf li dan huwa l-Evanġelju li l-Knisja tagħżel fil-Festa ta’ San Vinċenz Ferrer għaliex huwa wkoll l-Evanġelju li għażilna għall-festa ta’ San Ġorġ Preca…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 11, 18-20
    Salm: 7, 2-3.9bċ-10.11-12

    L-Evanġelju: Ġw 7, 40-53

  • F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu: “Tassew dan hu l-Profeta”. Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija”. Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?”…

  • Kompli aqra »

Sejħa urġenti għad-demm tat-tip O positive

  • Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella lill-pubbliku, b’mod speċjali min għandu demm tat-tip O positive, sabiex imur jagħti d-demm mill-aktar fis possibbli.

    Id-donazzjonijiet tad-demm jistgħu jsiru kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa mit-8am sas-6pm.

    Importanti li min se jagħti d-demm jieħu miegħu l-karta tal-identità, jew liċenzja tas-sewqan, inkella passaport Malti u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

    Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn fuq www.blood.gov.mt

  • Kompli aqra »