Arkivji mensili: Mejju 2019

Il-Papa fil-Maċedonja ta’ Fuq: Rispett lejn id-dinjità tal-bniedem, diversità għal futur ta’ paċi u prosperità

  • Pope Francis and President Gjorge Ivanov of North Macedonia in Skopje.

  • In his first speech on North Macedonian soil on Tuesday, Pope Francis encouraged the West Balkan state in its effort to be a beacon of peace, acceptance and fruitful integration between cultures, religions and peoples.

    Cultural wealth

    Addressing the nation’s authorities, the diplomatic corps and representatives of civil society at the presidential palace in the capital, Skopje, the Pope described the land as a bridge between East and West and a meeting-point for numerous cultural currents…

  • Kompli aqra »

Ressqu l-merħla lejn il-Mulej bil-ħlewwa u l-umiltà – L-Arċisqof lis-saċerdoti l-ġodda

Quddiesa flimkien mal-erba' saċerdoti l-ġodda

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Is-Santwarju tal-Madonna, il-Mellieħa

    29 ta’ April 2019

    Din il-kelma li għadna kemm smajna tkun għalikom programm għal ħajjitkom. Meta jiġu l-mumenti ibsin ftakru dejjem li l-Mulej qiegħed jistendinkom biex tersqu lejh. “Ejjew għandi intom li intom imħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28).

    It-tentazzjoni fil-ministeru hija li meta nkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli jew ta’ frustrazzjoni, ta’ għejja, ta’ rabja, ta’ diżappunt jew ta’ tentazzjoni, infittxu s-serħan tagħna fl-evażjoni, tkun xi tkun il-ħaġa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 7, 51 – 8, 1a
    Salm: 30 (31), 3ċd-4. 6ab u 7b u 8a. 17 u 21ab

    L-Evanġelju: Ġw 6, 30-35

  • F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: “Tahom jieklu ħobż mis-sema”…

  • Kompli aqra »

Il-Papa fil-Bulgarija: Komunjoni fl-Ewkaristija

  • The homily was brief and to the point. But, most of all, it was addressed directly to the children who were there to receive their First Holy Communion: all 242 of them.

    Rakovsky is the most predominantly Catholic town in Bulgaria, and the children had come from every corner of what Pope Francis called this “Land of Roses”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-15
    Salm: 118 (119), 23-24.26-27.29-30

    L-Evanġelju: Ġw 6, 22-29

  • L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom…

  • Kompli aqra »

Ngħidu le għall-vjolenza: Nitgħallmu nirreaġixxu għal min irid itellifna l-valuri li ħaddan Publiju – L-Arċisqof f’San Publiju

Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Publiju

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali, il-Furjana

    5 ta’ Mejju 2019 “Int issir bħal ġnien imsoqqi, bħal għajn ta’ ilma li ilmijietha qatt ma jonqsu”. Dan il-kliem il-Knisja qiegħda tisselfu llum għal Publiju. F’Publiju tara ġnien imsoqqi, tara għajn ta’ ilma li ilmijietha qatt ma jonqsu. U għaliex dan il-kliem jgħodd għal Publiju? …
  • Kompli aqra »

Publiju: F’qalbu l-protezzjoni tal-ħajja umana

Quddiesa lejlet il-festa ta' San Publiju

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  • Il-Knisja Parrokkjali, il-Furjana

    4 ta’ Mejju 2019

    Publiju kien il-Protos, jiġifieri l-ewwel wieħed, il-prinċep ta’ Malta, il-mexxej. Fis-silta li għadna kif smajna mill-Atti tal-Appostli, li tiddeskrivi n-nawfraġju ta’ Pawlu u ta’ dawk kollha li kienu fuq il-ġifen, Publiju jissemma ftit; imma hemm ħafna x’nitgħallmu minn dan il-prinċep tal-gżira…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Mejju

  • It-Tielet Ħadd tal-Għid Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 5, 27b-32.40b-41
    Salm: 29 (30), 2 u 4. 5 u 6. 11 u 12a u13b
    It-Tieni Qari: Apok 5, 11-14

    L-Evanġelju: Ġw 21, 1-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien…

  • Kompli aqra »

Soċjetà li ma twarrabx is-sinjal tas-salib – L-Arċisqof

Quddiesa li matulha tbierek il-Kurċifiss Ta’ Ġieżu

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja ta’ Santa Marija Ta’ Ġesù, il-Belt Valletta

    3 ta’ Mejju 2019

    Ġesù Kristu “li għad li kellu n-natura ta’ Alla ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu,” ċekken lilu nnifsu “billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib” (Fil 2:8).  Aħna u nirritornaw ix-xbieha għażiża, devota u mirakoluża tal-Kurċifiss ta’ Ġieżu, kif nafuh aħna l-Maltin u l-Għawdxin, irridu niftakru fil-misteru profond li din ix-xbieha qaddisa tfakkarna fiha…

  • Kompli aqra »