Arkivji mensili: Mejju 2019

Tolkien

  • ***

    Direttur:          Dome Karukoski

    Atturi:              Nicholas Hoult, Lily Collins, Colm Meaney, Derek Jacobi, Anthony Boyle, Patrick Gibson, Tom Glynn-Carney,Craig Roberts, Pam Ferris u James MacCallum

    Ħin tal-Film:    111 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

    John Ronald Reuel Tolkien twieled fit-3 ta’ Jannar 1892 ġewwa Bloemfontein, fl-Orange Free State fl-Afrika t’Isfel…

  • Kompli aqra »

Isqof Malti għad-djoċesi ta’ Las Cruces fi New Mexico

  • Il-Papa Franġisku ħatar lill-Isqof Peter Baldacchino biex imexxi d-Djoċesi ta’ Las Cruces, fi New Mexico fl-Istati Uniti. Huwa l-ewwel isqof djoċesan assoċjat mal-Mixja Neokatekumenali biex iservi fi djoċesi daqshekk kbira fl-Istati Uniti tal-Amerika. Mons. Baldacchino twieled fil-5 ta’ Diċembru 1960 f’Tas-Sliema u ilu Isqof Awżiljaru ta’ Miami fi Florida mill-2014. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-1996 fl-Arċidjoċesi ta’ Newark fl-istat ta’ New Jersey…
  • Kompli aqra »

Appell għal edukazzjoni akbar dwar id-deni tar-razziżmu

Stqarrija mill-Kummissjoni Emigranti

  • It-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti temmen li x-xokk kbir li ħa l-poplu ta’ dawn il-gżejjer meta sar jaf li l-persuni suspettati bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleyman mill-Kosta tal-Ivorju, u l-korriment ta’ żewġ immigranti oħra, fis-6 ta’ April 2019, huma żewġ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, jitlob li jkun segwit minn azzjoni ġdida favur edukazzjoni aħjar u akbar dwar il-kruha u d-deni ta’ sentimenti jew attitudnijiet razzisti u xenofobiċi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 14, 5-18
    Salm: 113B (115), 1-2.3-4.15-16

    L-Evanġelju: Ġw 14, 21-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi”.

    Ġuda – l-ieħor, mhux l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?”. Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Mejju

  • Il-Ħames Ħadd tal-Għid
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 14, 21b-27
    Salm: 144 (145), 8-9.10-11.12-13ab
    It-Tieni Qari: Apok 21, 1-5a

    L-Evanġelju: Ġw 13, 31-33a.34-35

  • Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah…

  • Kompli aqra »

Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-Parroċċa Ta’ Xbiex

  • Il-Ħadd, 19 Mejju 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jibda l-viżta pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġwann tas-Salib, f’Ta’ Xbiex, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u l-ġenituri tagħhom u l-katekisti, mal-komunità Tereżjana tal-parroċċa kif ukoll mal-membri tal-Kunsill Lokali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Il-Viżta Pastorali tintemm it-Tlieta, 21 ta’ Mejju 2019.

    Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Isqof Galea-Curmi lill-parruċċani ta’ Ta’ Xbiex.


     

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13, 44-52
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

    L-Evanġelju: Ġw 14, 7-14

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh”. Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina”. Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof ibierek ġebla kommemorattiva taċ-ċentru terapewtiku l-ġdid ta’ Caritas Malta

It-tberik ta' ġebla kommemorattiva taċ-Ċentru Terapewtiku għall-Adolexxenti “Tal Ibwar”

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Iċ-Ċentru Terapewtiku tal-Ibwar, Ta’ Kandja

    17 ta’ Mejju 2019

    L-ewwel nett nirringrazzja lill-persuni distinti kollha. Ippermettuli nagħti anke tislima speċjali lilek Mons. Victor Grech. Aħna llum qegħdin hawn ukoll anke minħabba l-aspirazzjoni profetika u ta’ kuraġġ kbir li kellek. Il-Knisja, li titkellem ħafna, inti tagħtiha wiċċ konkret ta’ kumpassjoni u solidarjetà…

  • Kompli aqra »