Għandna ħajja waħda … ngħixuha tajjeb! – L-Arċisqof lill-istudenti ta’ De La Salle u Stella Maris
Quddiesa f'għeluq it-300 sena mill-mewt ta' San Ġwann Battista de La Salle
17/05/2019- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Kulleġġ De La Salle, il-Birgu
15 ta’ Mejju 2019L-ewwel nett nixtieq niringrazzja lil Fr John li qralna l-Kelma ta’ Ġesù, l-Evanġelju, u lil sħabkom talli qrawlna l-Kelma ta’ Alla. Fl-Ewwel Qari li smajna kien hemm sentenza li fakkritni f’dak li qegħdin nagħmlu llum għaliex il-Ktieb ta’ Bin Sirak jgħid hekk: “It-tifkira tiegħu jxandruha l-ġnus u t-tifħir tiegħu ħabbru l-ġemgħa”…