Arkivji mensili: Lulju 2019

Il-parir tal-Arċisqof: Mur itlob u ħajjar lil nies oħra jagħmlu l-istess

Quddiesa fil-festa ta' San Benedittu, abbati u patrun tal-Ewropa

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu

    11 ta’ Luju 2019

    L-antiki jiftakru li l-festa ta’ San Benedittu kienet issir fil-21 ta’ Marzu propju fil-bidu tar-rebbiegħa u allura forsi kienet tkun inqas sħana mil-lum.

    Nixtieq l-ewwel nett insellem, kif għamilt fil-bidu, lil Reverendissima Badessa u nifirħu magħha f’dan l-anniversarju tant importanti…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 46, 1-7. 28-30
    Salm: 36 (37), 3-4.18-19.27-28.39-40

    L-Evanġelju: Mt 10, 16-23

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa f’Jum il-Pulizija 2019

  • Il-Ġimgħa, 12 ta’ Lulju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-205 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fid-9am.

    0

     Advanced issues found

    ▲  

  • Kompli aqra »

Malta tospita laqgħa Ewropea dwar il-media

  • Bejn is-17 u d-19 ta’ Ġunju, il‑Knisja f’Malta ospitat l‑laqgħa annwali tal‑uffiċjali tal‑media u l‑kelliema tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE).

    Din il-konferenza, li saret fil-Kurja tal-Arċisqof, laqqgħet 53 parteċipant minn 27 pajjiż fl‑Ewropa  u mis‑Santa Sede, biex jiddiskutu temi importanti relatati mal‑komunikazzjoni u l‑media. Id‑delegazzjoni  tmexxiet mill‑Kardinal Angelo Bagnasco, President tas‑CCEE.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna ntalab jkun wieħed mill-kelliema ewlenin ta’ din il-konferenza, li ġiet indirizzata wkoll minn Dr Paolo Ruffini, il‑Prefett għad‑Dekasteru tal‑Komunikazzjoni tas‑Santa Sede…

  • Kompli aqra »

Żur il-Kurja tal-Arċisqof waqt l-Open Weekend

  • 
  • Fl‑okkażjoni tal‑festa ta’ San Kalċidonju, il‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana qed tiftaħ il‑bibien tagħha għall‑pubbliku nhar is‑Sibt 20 u l‑Ħadd 21 ta’ Lulju 2019. Il‑pubbliku hu mistieden iżur il‑bini tal‑Kurja li kien magħruf bħala Casa Manresa, u jara x‑xogħol ta’ restawr li qed isir.

    Il‑viżitaturi ser ikunu jistgħu jammiraw l‑arkitettura Barokka u jaraw id‑diversi opri tal‑arti li jinsabu fis‑sala tar‑refettorju, fil‑kurituri, fis‑sagristija u fil‑kappella ddedikata lill‑Madonna ta’ Manresa fejn hemm ir‑relikwi ta’ San Kalċidonju…

  • Kompli aqra »

Il-Kulleġġ De La Salle jagħti kotba biex jgħin lill-pazjenti f’Mater Dei

  • During 2019 the Lasallian Community around the world is celebrating the 300th years anniversary of Saint John Baptist De La Salle’s entry into eternal life. 

    The emphasis of these celebrations are on Lasallian vocations and since De La Salle’s aim was the education of the poor and disadvantaged, the De La Salle College community in Malta thought of making a donation of 550 books to support patients at Mater Dei Hospital…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Lulju

  • San Benedittu, Abbati, Patrun tal-Ewropa – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Prov 2: 1-19
    Salm: 33, 2-4.6.9.12.14-15

    L-Evanġelju: Mt 19:27-29

  • F’dak iż-żmien: Pietru qal lil Ġesù: “Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk, issa x’sa nieħdu?”

    Ġesù qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq it-tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Israel…

  • Kompli aqra »

Annabelle Comes Home

  • ***

    Direttur:          Gary Dauberman

    Atturi:              Mckenna Grace, Madison Iseman, Katie Sarife, Patrick Wilson, Vera Farmiga, Michael Ciminio, Stephen Blackehart, Steve Coulter u Samara Lee

    Ħin tal-Film:    106 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    Fl-1971, Ed u Lorraine Warren, demonoloġisti, jiddeċiedu li jieħdu magħhom il-pupa Annabelle wara li Debbie u Camilla, żewġ infermiera, stqarrew magħhom  li l-pupa kienet ħafna drabi involuta f’attivatajiet vjolenti fl-appartament tagħhom…

  • Kompli aqra »

The Queen’s Corgi

  • *****

    DiretturI:         Ben Stassen u Vincnet Kesteloot

    Ilħna:               Julie Walters, Sheridan Smith, Ray Winstone, Jack Whitehall, Matt Lucas, Tom Courtenay, Anthony Skordi, Colin McFarlane u Kirk Thornton

    Ħin tal-Film:    85 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      U

    Rex hu l-korġi favorit tar-Reġina Eliżabetta, mogħti lilha bħala rigal meta kien għadu ġeru…

  • Kompli aqra »

Websajt ġdida mis-sorijiet Dumnikani f’Malta

  • Il-Kapitlu serva wkoll biex dawn l-Aħwa miġbura lkoll flimkien jismigħu dwar dak kollu li sar matul dawn it-tliet snin u flimkien jevalwaw ħidmiethom u anke jgħixu mumenti ta’ fraternità.

    Il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Dumnikani ta’ Malta, (Dominican Sisters of Malta), nediet uffiċjalment il-websajt il-ġdida tagħha. Fost materjal li wieħed jista’ jsib f’dan is-sit hemm: informazzjoni dwar is-Sorijiet Dumnikani ta’ Malta u l-kunventi tagħhom madwar  Malta, Għawdex u f’pajjizi oħra, avvenimenti u aħbarijiet, talb, riflessjonijiet, kalendarju tal-Qaddisin, vokazzjoni u ż-żgħażagħ. 

    Il-Madre Ġenerali Carmelita Borg O.P.  stqarret li fid-dinja tal-lum huma importanti li l-informazzjoni dwar is-sorijiet Dumnikani tkun aċċessibbli għal kulħadd…

  • Kompli aqra »