Donazzjoni ta’ ishma lid-Dar tal-Providenza u Caritas Malta
03/08/2019-
L-intraprenditur Paul Gauci offra 750,000 f’ishma lil Caritas Malta kif ukoll lid-Dar tal-Providenza 75% tal-ishma tiegħu minn PG plc, li jfisser li ż-żewġ entitajiet mhux biss se jirċievu l-valur tal-kapital f’ishma, imma wkoll żewġ dividendi fis-sena, skont il-prestazzjoni tal-kumpanija.
Għalkemm Caritas Malta u d-Dar tal-Providenza diġà jirċievu legati b’mod regolari, din id-donazzjoni hija kkunsidrata ogħla, peress li se tagħtihom iċ-ċans li jippjanaw bil-quddiem, xi ħaġa li normalment hija ferm diffiċli għall-entitajiet li jibbażaw ħafna l-ħidma tagħhom fuq ġbir ta’ fondi.
“Xtaqt li nagħtihom siġra, siġra li tagħti l-frott kull sena,” spjega s-Sur Gauci mdawwar b’familtu, li kollha kienu b’appoġġ għal din id-donazzjoni…