Arkivji mensili: Awwissu 2019

L-episkopat tal-Isqof Giovanni Cefai se jkun ibbażat fuq l-imħabba, il-ħniena u l-umiltà

  • Il-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu 2019, waslet lejn tmiemha l-viżta pastorali tal-Isqof Giovanni Cefai MSSP, b’Quddiesa Pontifikali kkonċelebrata bis-sehem tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. L-Isqof Għawdxi, li nħatar isqof tal-Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù iktar kmieni din is-sena, spjega kif din il-viżta se takkumpanjah għal ħafna żmien minħabba li ħass u għex l-imħabba tal-poplu Malti u Għawdxi…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Settembru 2019

  • Il-Ħadd, 1 ta’ Settembru, fil‑11:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar.

    Is-Sibt, 7 ta’ Settembru, fis-6:00 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni tar-relikwa u wara jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa.

    Il‑Ħadd 8 ta’ Settembru, fl‑10:00 a.m., festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tess 4, 9-11
    Salm: 97 (98), 1, 7-8.9

    L-Evanġelju: Mt 25, 14-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal din il-parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skont il-ħila tiegħu…

  • Kompli aqra »

Ftuħ tax-Xahar tal-Ħolqien 2019

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent ser tiftaħ ix‑Xahar tal‑Ħolqien biċ-ċelebrazzjoni ta’ Quddiesa kif ukoll taħdita fix‑Xgħajra. It‑taħdita mill‑Prof. Carmel Agius ser tkun dwar is‑seħer tal‑ħajja f’qiegħ il‑baħar tax‑Xgħajra u r‑rabta li dan għandu man‑nies tal‑lokal. Din l‑attività ser issir f’Dawret ix‑Xatt, ix‑Xgħajra stess, nhar it‑Tlieta 3 ta’ Settembru fis‑6:30pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi.

    Ta’ kull sena, bejn l‑1 ta’ Settembru u l‑4 ta’ Ottubru, ix‑Xahar tal‑Ħolqien jistedinna biex bħala familja waħda nfittxu li flimkien insaħħu r‑relazzjoni tagħna ma’ xulxin, mal‑ħolqien u mal‑Ħallieq…

  • Kompli aqra »

The Sun Is Also A Star

  • ***

    Direttur:          Ry Russo-Young

    Atturi:              Yara Shahidi, Anais Lee, Charles Melton, John Leguizamo, Gbenga Akinnagbe, Miriam A. Hyman, Jordan Williams, Jake Chai, Keong Sam u Cathy Shim

    Ħin tal-Film:    100 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  12

    Natasha hi tfajla ta’ sbatax-il sena…

  • Kompli aqra »

Good Boys

  • **

    Direttur:          Gene Stupinitsky

    Atturi:              Jacob Tremblay, Keith L. Williams, Brady Noon, Molly Gordon, Lil Rel Howery, Will Forte, Midori Francis, Retta, Millie Davis u Chance Hurtsfield

    Ħin tal-Film:    90 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18       

    Max, Lucas u Thor huma ħbieb kbar, magħrufa bħala l-Bean Bag Boys…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tess 4, 1-8
    Salm: 96 (97), 1 u 2b. 5-6. 10. 11-12

    L-Evanġelju: Mt 25, 1-13

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Awwissu

  • Il-Martirju ta’ San Ġwanni l-Battista
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 1: 17-19
    Salm: 70, 1-6.15-17

    L-Evanġelju: Mk 6:17-29

  • F’dak iż-żmien: Erodi bagħat jarresta ’l Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuħ Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.” Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża minnu: u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tess 2, 9-13
    Salm: 138 (139), 7-8.9-10.11-12ab

    L-Evanġelju: Mt 23, 27-32

  • F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ! …

  • Kompli aqra »