Imġedded il-ftehim mal-Gvern għal servizzi residenzjali fid-djar tal-Knisja għall-anzjani
30/09/2019-
L-iffirmar ta’ tiġdid ta’ ftehim bejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta u s-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, biex jiġu pprovduti servizzi residenzjali għall-anzjani fid-Djar tal-Knisja. Dan il-ftehim għall-perjodu ta’ tliet snin jistabbilixxi x-xiri ta’ 181 sodda, li minnhom 167 sodda ser jintużaw għal kura residenzjali fit-tul, filwaqt li 14-il sodda ser jintuzaw għal servizzi ta’ respite għal anzjani b’dipendenza għolja u medja…