Live: Quddiesa fil-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati 2019
28/09/2019-
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Migranti u r-Refuġjati 2019, fil-Knisja tas-Salib Imqaddes, il-Furjana.
…
Aħbarijiet mill-Knisja f'Malta
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Migranti u r-Refuġjati 2019, fil-Knisja tas-Salib Imqaddes, il-Furjana.
…
Il‑Palazz tal‑Arċisqof fil‑Belt Valletta ser jerġa’ jiftaħ il‑bibien tiegħu waqt Notte Bianca 2019, nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru. Dakinhar, il‑viżitaturi jistgħu jżuru bosta kmamar fil‑palazz fosthom il‑piano nobile li jinkludi s‑sala tat‑tron, il‑biblijoteka storika tas‑seklu 18 u l‑ġnien bis‑siġar taċ‑ċitru. Il-Palazz jinsab fin-naħa t’isfel ta’ Triq l-Arċisqof qrib Misraħ l-Indipendenza.
Għall‑okkażjoni ser tittella’ wirja ta’ dokumenti dwar l‑istorja tal‑bini nnifsu…
L-Ewwel Qari: Żak 2, 5-9.14-15a
Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13
L-Evanġelju: Lq 9, 43b-45
F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”.
Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal…
****
Direttur: Andrea Di Stefano
Atturi: Joel Kinnarman, Rosamund Pike, Common, Ana de Amas, Clive Owen, Joanna Kaczyynska, Edwin de la Renta, Sam Spruell, Adam Orian u Karma Mejer
Ħin tal-Film: 113 min
Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18
Peter Koslow, wara li spiċċa bl-unuri kollha bħala suldat fis-sessjoni speċjali ta’ operazzjonjiet perikolużi, isib ruħu l-ħabs wara ġlieda li kellu għax ħass il-ħtieġa li jipproteġi lil martu Sofia…
***
Direttur: Michael Engler
Atturi: Hugh Bonneville, Jim Carter, Michelle Dockery, Elizabeth McGovern, Maggie Smith, Imelda Staunton u Penelope Wilton
Ħin tal-Film: 122 min
Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: PG
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12
Downton Abbey, dar kbira imponenti f’Yorkshire, fl-Ingilterra, kienet tirrenja armonija sħiħa bejn is-sidien ta’ dan l-estejt u l-ħaddiema li kienu jaħdmu hemm…
***
Direttur: Lorne Scafaria
Atturi: Constance Wu, Jennifer Lopez, Julia Stiles, Keke Palmer, Lili Reinhart, Lizzo, Usher, Cardi B, Mercedes Ruehl, Trace Lysette, Usher u Madeline Brewer
Ħin tal-Film: 110 min
Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18
Dorothy, li tgħix ġewwa New York u taħdem bħala stripper f’Gentlemen’s Nightclub,tiġi mistiedna minn Elizabeth, ġurnalista, għal intervista biex tgħinha fi storja li kienet qegħda tikteb fuq Ramona Vega, li darba kienet ħabiba intima tagħha…
L-Ewwel Qari: Ħag 1, 15b – 2,9
Salm: 42 (43), 1.2.3.4
L-Evanġelju: Lq 9, 18-22
Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?”. Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi”…
Talitha Kum’s General Assembly takes place from 21 to 27 September. It sees the participation of 86 delegates from 48 different nations and aims to present the work the sisters are doing in different countries and discuss how to implement new strategies in the fight against human trafficking and slavery.
A special award will be given to 10 sisters who in recent years have distinguished themselves for their commitment to the cause and have been instrumental in supporting anti-trafficking networks in different countries
Talitha Kum is a project of the International Union of Superiors General (UISG), in collaboration with the Union of Superiors General (USG)…
Mgħammdin u Mibgħutin: riflessjonijiet ta’ Papa Franġisku għal matul ix-Xahar Missjunarju Straordinarju huwa ktejjeb żgħir b’bosta riflessjonijiet li Papa Franġisku għamel f’dawn l-aħħar snin fuq din it-tema. Paġna wara l-oħra dan il-ktejjeb joffri riflessjoni qasira, kif ukoll it-talba għal matul dan ix-xahar u numru ta’ sentenzi ta’ Ġesù, waħda għal kull ġimgħa, biex jakkumpanjaw lill-qarrej matul dan ix-xahar straordinarju…
L-Ewwel Qari: Ħag 1, 1-8
Salm: 149 (150), 1-2.3-4.5-6a u 9b
L-Evanġelju: Lq 9, 7-9
F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi…