Arkivji mensili: Ottubru 2019

L-adolexxenti mill-parroċċi ta’ Marsaxlokk u Ħaż-Żebbuġ jirċievu s-Sagrament tal-Griżma

  Marsaxlokk, Ħaż-Żebbuġ

Nhar is-Sibt 12 ta’ Ottubru l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-Sagrament tal-Griżma lil 37 adolexxent fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Pompeii, Marsaxlokk – 16 bniet u 21 tifel. 
L-għada l-Ħadd 13 ta’ Novembru l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi amministra s-Sagrament tal-Griżma lil 110 adolexxent fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Filippu ta’ Agira, Ħaż-Żebbuġ. Filgħodu s-sagrament ingħata lil 55 tifel u waranofsinhar lil 55 tifla.

Uħud mill-adolexxenti li rċevew il-Griżma tal-Isqof f’Marsaxlokk L-adoloxxenti subien li rċevew il-Griżma f’Ħaż-Żebbuġ L-adoloxxenti bniet li rċevew il-Griżma f’Ħaż-Żebbuġ Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijet fl-anniversarju mill-mewt tal-Qaddej ta’ Alla Avertan Fenech

Patri Avertan

Ta’ kull sena l-Ordni Karmelitan jorganizza programm ta’ ċelebrazzjonijiet fl-anniversarju mill-mewt tal-Qaddej ta’ Alla tal-Patri Karmelitan Avertan Fenech. Din is-sena jagħlaq 76 sena mejjet. Fl-2017 l-Arċidjoċesi fetħet l-Inkjesta Djoċesana, li ntemmet b’suċċess u ġiet validata unanimament mill-Kongregazzjoni tal-Qaddisin, għall-beatifikazzjoni ta’ dan il-patri. Mill-inkjesta ħarġu b’mod konvinċenti u ċar li l-provi tal-ħajja tal-virtù, il-fama tal-qdusija, u l-fama tal-għeġubijiet ta’ Patri Avertan. Għaldaqstant il-Kongregazzjoni tal-Qaddisin tat l-approvazzjoni għall-ħidma tal-Positio li fiha l-Karmelitani jridu jippruvaw li l-qaddej ta’ Alla għex il-virtujiet erojċi, li l-fama tal-qdusija ħarġet spontanja mill-poplu ta’ Alla sa mill-mewt tiegħu, u li minn mewtu sal-lum igawdi fama ta’ interċessur quddiem Alla u tawmaturgu.Il-ħidma fuq il-Positio ma waqfitx għal dawn l-aħħar sentejn u waslet fil-punt li tiġi sottomessa lir-Relatur Mons… Kompli aqra »

L-adolexxenti mill-parroċċi ta’ Birkirkara u Ta’ Xbiex jirċievu s-Sagrament tal-Griżma

Nhar il-Ħadd 20 ta’ Ottubru l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi amministra s-Sagrament tal-Griżma lil 34 adolexxent. Filgħodu ngħata lil 24 l-adoloxxent fil-Knisja ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara – 10 subien u 14-il tifla. Waranofsinhar ingħata lil sitt subien u erba’ bniet fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex.

L-adolexxenti li rċevew il-Griżma f’Birkirkara L-adolexxenti li rċevew il-Griżma f’Ta’ Xbiex

Aktar ritratti >> Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 6, 12-18
Salm: 123 (124), 1-3.4-6.7-8

L-Evanġelju: Lq 12, 39-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 5, 12.15b.17-19.20b-21
Salm: 39 (40), 7-8a.8b-9.10.17

L-Evanġelju: Lq 12, 35-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.

Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom… Kompli aqra »

Grazzi mhux bil-paroli biss imma bil-fatti – L-Arċisqof

Amminstrata l-Griżma lill-adolexxenti fil-Parroċċa ta’ Marsaxlokk

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Pompeii, Marsaxlokk

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Pompeii, Marsaxlokk
12 ta’ Ottubru 2019

Il-Kappillan Fr Luke, għadu kemm qara Evanġelju sabiħ ħafna mill-Evanġelju skont San Luqa. Ġesù jiltaqa’ ma’ 10 min-nies li fi żmienu ma setgħux jgħixu man-nies l-oħrajn. Min kellu din il-marda tal-ġilda, il-lebbra, kien irid jgħix ’l barra mill-belt u meta jara n-nies ġejjin, jew kienu jużaw qanpiena jew inkella jgħatju: ‘lebbruż, lebbruż’ biex dak li jkun ma jersaqx… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 4, 20-25
    Salm: Lq 1, 69-70.71-72.73-75

    L-Evanġelju: Lq 12, 13-21

  • F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”. Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Ottubru

  • Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena – Ġurnata Missjunarja
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eż 17, 8-13
    Salm: 120 (121), 1-2.3-4.5-6.7-8
    It-Tieni Qari: 2 Tim 3, 14 – 4,2

    L-Evanġelju: Lq 18, 1-8

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 4, 13. 16-18
    Salm: 104 (105), 6-7.8-9.42-43

    L-Evanġelju: Lq 12, 8-12

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta’ Alla. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ottubru

  • San Luqa, Evanġelista – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Tim 4, 10-17b
    Salm: 144, 10-13.17-18

    L-Evanġelju: Lq 10, 1-9

  • F’dak iż-żmien: il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sa jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit…

  • Kompli aqra »