Arkivji mensili: Novembru 2019

A Shaun the Sheep Movie: Farmageddon

***

Diretturi:         Will Becher u Richard Phelan

Ilħna:               Justin Fletcher, John Sparkes, Amaiia Vitale, Kate Harbour, David Holt, Richard Webber, Simon Greenall u Emma Tate

Ħin tal-Film:    87 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      U

Fil-belt ta’ Mossington, Farmer John, bidwi u l-kelb tiegħu, isibu UFO… Kompli aqra »

Terminator: Dark Fate

****

Direttur:          Tim Miller

Atturi:              Mackenzie Davis, Linda Hamilton, Edward Furlong, Arnold Schwarzenegger, Gabriekl Luna, Natalia Reyes, Tom Hopper, Cessandra Starr, Brett Azar, Diego Bonete u Steve Cree

Ħin tal-Film:    128 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15       

Fis-sena 1998, tliet snin wara li Sarah Conner qerdet it-T-1000  u hekk fixklet il-qerda tal-umanità  minn Artificial Intelligence Skynet, flimkien ma’ binha John, kienet qegħda  fuq xtajta, meta bla qatt mistenni, jasal Terminator u joqtol kiesaħ u biered lil John… Kompli aqra »

Tliet seminaristi jirċievu l-Ministeru tal-Akkolitat

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat

Nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru ta l-Ministeru tal-Akkolitat lil tliet seminaristi fis-seminajru tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat. It-tliet seminaristi kienu Joshua Cortis mill-Parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun u Roderick Baldacchino u Jean-Claude Schembri mill-Parroċċa taż-Żejtun.

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Għeżież intom u tirċievu l-ministeru tal-Akkolitat, il-Knisja qiegħda tistedinkom biex titgħallmu tħejju l-mejda għażiża tal-Ewkaristija.

Ġesù meta indirizzana, u dan il-kliem għażiż qalu fl-aħħar ikla tiegħu mad-dixxipli, qalilna: “Ma nsejħilkomx qaddejja, insejħilkom ħbieb, għax kulma smajt mingħand Missieri, għarraftulkom” (Ġw 15:15)… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 13, 8-10
Salm: 111 (112), 1-2.4-5.9

L-Evanġelju: Lq 14, 25-33

F’dak iż-żmien, kotra kbira ta’ nies kienet miexja ma’ Ġesù; hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’l ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu… Kompli aqra »

Proġett ieħor tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent favur Ekoloġija Integrali

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, il-Patrijiet tal-Ordni tal-Franġiskani Minuri u ċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Ambjentali u r-Riċerka tal-Università ta’ Malta għal darb’oħra ngħaqdu flimkien biex organizzaw kors ieħor ispirat mill-Enċiklika Laudato Si’ tal-Papa Franġisku.

Il-ħsieb wara l-kors ‘Mimicking Natural Ecosystems – Growing Food Sustainably’ kien li jservi ta’ għodda oħra biex wieħed jiskopri kwalità ta’ ħajja aħjar permezz ta’ proċessi sempliċi u antiki bħal ma hi l-agrikultura… Kompli aqra »

L-Ispirtu s-Santu: l-għajn ta’ kull tiġdid – L-Isqof Awżiljarju

Messaġġ waqt il-Konferenza Nazzjonali Annwali tat-Tiġdid Kariżmatiku

  Is-Sala Sr Nemesia, l-Iskola Sekondarja Immakulata Kunċizzjoni fil-Kulleġġ St Jeanne Antide, Ħal Tarxien

Messaġġ mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Nixtieq nirringrazzjakom u ngħidilkom kelma ta’ sapport u inkoraġġiment. Intom għandkom missjoni importanti fil-Knisja f’Malta. Bil-preżenza tagħkom u bit-talb tagħkom, tistgħu tagħtu kontribut sabiħ għat-tiġdid tal-Knisja – tiġdid li dejjem jiġi mill-Ispirtu s-Santu.

It-tema ta’ din il-Konferenza Nazzjonali hi: Veni Creator Spiritus. Nixtieq nagħmel tliet talbiet lill-Ispirtu s-Santu u naqsam dawn it-talbiet magħkom.

Il-qawwa

Nitlob lill-Ispirtu s-Santu biex jagħtina l-qawwa li nkunu nsara li ma nibżgħux nistqarru l-fidi tagħna, u ma nistħux nidhru li aħna nsara… Kompli aqra »

Imbierka l-għuda li minnha joħroġ is-sewwa – L-Arċisqof

Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr għall-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Antoine Camilleri

  Il-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Kull ħin imbierek l-Mulej, tifħiru dejjem fuq fommi. Bil-Mulej tiftaħar ruħi, jisimgħu l-fqajrin u jifirħu” (S 33: 2-3). Għażiż – x’se naqbad ngħidlek? Għax jien dejjem Fr Antoine nafek. X’qed tgħidulu – Arċisqof Antoine? Ma naħsibx. Ippermettili ngħidlek Fr Antoine, it-titlu nafuh. L-ewwel nett nifirħu miegħek. Tridx inċapcpulu? Aħna issa ċapċapnielek u ħa nċapċaphielek jien ukoll.

Aħna ltqajna biex miegħek bi spirtu ta’ fidi – iż-żgħażagħ tal-lum jgħidu: ‘ta’ vera’ – nitolbu dan is-Salm u we mean itKompli aqra »

Il-Papa u l-missjoni: “Mingħajr Ġesù ma nistgħu nagħmlu xejn”

At the end of the Extraordinary Missionary Month, we are providing a few extracts from the book-length interview of Gianni Valente from Fides News Agency with Pope Francis, in which the Pope emphasizes that “Either the Church evangelizes or she is not Church”. The book, published by Libreria Edictrice Vaticana and Edizioni San Paolo will be available in bookstores as of November 5th.

“The joy of the Gospel fills the hearts and lives of all who encounter Jesus”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 12, 5-16a
Salm: 130 (131), 1.2.3

L-Evanġelju: Lq 14, 15-24

F’dak iż-żmien, wieħed minn dawk li kienu ma’ Ġesù għall-mejda, meta semgħuh jgħid dan, qallu: “Hieni min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla!”.

Iżda hu wieġeb: “Wieħed raġel għamel pranzu kbir u stieden ħafna nies. Meta sar il-ħin għall-ikel, bagħat lill-qaddej tiegħu għand il-mistednin biex jgħidilhom: “Ejjew, għax ġa lest kollox”… Kompli aqra »