Arkivji mensili: Diċembru 2019

Festa ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza fl-1 ta’ Jannar

Waqt Festa ta’ Ġenerożità 2019

Id-Dar tal-Providenza se ttella’ l-24 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ta’ kull sena ssir fl-1 ta’ Jannar biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tas-Siġġiewi tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha kif ukoll issaħħaħha.

Il-Festa ta’ Ġenerożità tibda fid-9am b’quddiesa ċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-kappella tad-Dar. Wara jittella’ spettaklu ta’ varjetà kif ukoll isiru intervisti ma’ għadd ta’ personalitajiet li jżuru d-Dar, li jibqa’ sejjer sa nofsillejl… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Diċembru

Il-Qaddisin Innoċenti Martri – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1, 5; 2: 2
Salm: 123 , 2-5.7b-8

L-Evanġelju: Mt 2: 13-18

Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”. 

Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi… Kompli aqra »

Niċċelebraw it-twelid tal-Iben t’Alla li ma ġiex biex jikkundanna jew jiġġudika imma biex isalva – L-Arċisqof

L-għasar tal-Milied solenni, segwit mill-Quddiesa tal-Vġili

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Is-solennità tal-Milied tibda billi nisimgħu lista twila ta’ missirijiet. Fl-Evanġelju ta’ San Mattew din il-lista tibda minn Abraham. Dan l-istess evanġelista jintroduċi din il-lista tan-nisel ta’ Ġesù billi jgħid: “Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham” (Mt 1:1).

Aħna qegħdin nifirħu għal dan il-miraklu kbir tat-tnissil. Il-ġenerazzjonijiet li jgħaddu minn Abraham jikkonfermaw il-wegħda tal-Mulej lil Abraham stess li minn nislu, għad jitbierku l-ġnus… Kompli aqra »

Il-kunċert tal-Milied ‘Festival of Nine Lessons and Carols’ ippresedut mill-Isqof Galea-Curmi

  Il-Pro-Katidral ta’ San Pawl, il-Belt Valletta

Nhar il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ppresieda l-kunċert ta’ għanjiet tal‑Milied – Festival of Nine Lessons and Carols, immexxi mis-St Paul Choral Society, fil‑Pro‑Katidral ta’ San Pawl, il‑Belt Valletta. Wara l-kunċert, l-Isqof iltaqa’ man-nies li attendew għall-kunċert.

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Diċembru

San Ġwann, Appostlu u Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1, 1-4
Salm: 96, 1-2.5-6.11-12

L-Evanġelju: Ġw 20, 2-8

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa: Filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. 

Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh”… Kompli aqra »

L-ikla tal-Milied fil-Kurja

600 persuna attendew għall-ikla tal-Milied mill-Caritas

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

F’Jum il-Milied il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana laqgħat madwar 600 persuna u 90 voluntier għall-ikla annwali tal-Milied. L-ikla, li ġiet organizzata minn Caritas Malta għall-ħames sena konsekuttiva, għandha l-għan li tiġbor flimkien persuni li kieku jqattgħu l-Milied weħidhom. Din is-sena l-ikla kienet miftuħa wkoll għal dawk li qegħdin jgħixu f’sitwazzjonijiet diffiċli u mhux qed ikollhom biżżejjed flus biex ilaħħqu mal-ispejjeż tal-ħajja.

L-Arċisqof żar lil dawk preżenti u awguralhom l-isbaħ xewqat… Kompli aqra »

Is-Salvatur tagħna hu wieħed – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fil-lejla tal-Milied

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

X’sens għandu li qegħdin niċċelebraw illum il-Milied – il-ġrajja ta’ ferħ kbir – fis-sitwazzjoni li qed ngħixu fiha bħalissa fis-soċjetà tagħna f’Malta? Naħseb li l-Milied għandu messaġġ importanti ħafna għal ħajjitna llum. Insemmi żewġ affarijiet, fost diversi li tista’ tirrifletti fuqhom f’din il-ġrajja.

Dan hu s-Salvatur

L-ewwel nett, dak li smajna f’kull qari llum fil-Kelma ta’ Alla, hu ċar: “Illum tweldilna Salvatur”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Diċembru

San Stiefnu, l-Ewwel Martri – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-10; 7:54-59
Salm: 30, 3cd-4.6ab.7b.8a.16

L-Evanġelju: Mt 10, 17-22

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-bniedem! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati u jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom; itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif sa titkellmu jew x’sa tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. 

Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom… Kompli aqra »

Ġenerożità lejn dawk li għandhom dritt għal ħajja mal-familja

Quddiesa f'Jum il-Milied

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, Valletta

Homily by Archbishop Charles J. Scicluna

What does it mean to celebrate Christmas this year? I would like to quote a short verse from the gospel we have just heard proclaimed in Maltese.

First of all this very first chapter of the gospel of John introduces us to the mystery we are celebrating. In verse 14 we have the most important declaration, that the Word – the Son of God, became flesh and dwelt, lived among us and we have seen his glory full of grace and truth… Kompli aqra »

Jekk nixtiequ nagħtu tama lil xulxin irridu nitolbu li nsiru poplu mħeġġeġ għall-għemil it-tajjeb – L-Arċisqof

Il-Quddiesa Solenni tat-Twelid Ġesù

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Fl-1 ta’ Diċembru ta’ din is-sena 2019, il-Papa Franġisku offrielna meditazzjoni sabiħa dwar il-prespju. Dan il-katidral għal dawn l-aħħar snin qed ikollna x-xorti ngawdu presepju Naplitan sabiħ, frott il-ħidma u l-ġenerożità ta’ Mons. Edgar Vella li nixtieq nirringrazzjah, u anke tal-Kapitlu li aċċetta u jilqa’ kull sena din l-iniżjattiva sabiħa.

Meta wieħed jammira l-presepju li qed iżejjen u janima dan il-katidral fi żmien il-Milied, japprezza li x-xena tat-twelid ta’ Ġesù hija ambjentata fost qishom rovini ta’ tempju antik… Kompli aqra »