Arkivji mensili: December 2019

70 sena ta’ ħidma dedikata lill-emigranti Maltin u l-barranin li jfittxu l-ażil f’Malta

Mons. Philip Calleja ppreżentat kopja tal-bijografija tiegħu minn Joe Mizzi ta’ Midsea Books

Nhar l-4 ta’ Diċembru tnieda l-ktieb Philip Calleja – Għex għall-bniedem maqlugħ minn għeruqu, mill-Kummissjoni Emigranti u Midsea Books, dwar is-70 sena ta’ ħidma li Mons. Calleja ddedika għall-emigranti Maltin u l-familji tagħhom, għall-barranin li jfittxu l-ażil f’Malta, u għall-Knisja f’Malta.

Il-bijografija ta’ 500 paġna nkitbet minn Charles Buttigieg li għal bosta snin ħadem mill-qrib ma’ Mons… Kompli aqra »

Il-Kunċizzjoni: prova li għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir – L-Arċisqof

L-Evanġelju li għadna kemm smajna jirrakkonta t-tnissil ta’ Ġesù fil-ġuf ta’ ommu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. U tgħiduli: ‘għaliex fil-festa tat-tnissil ta’ Marija naqraw l-Evanġelju tat-tnissil ta’ Binha?’ L-ewwel nett għaliex fl-Evanġelju m’għandniex ir-rakkont jew riflessjoni diretta fuq it-tnissil ta’ Marija. Nafu mit-tradizzjoni, almenu minn kitbiet ’l barra mill-Evanġelju dawk li jgħidulhom l-Apokrifi, li l-ġenituri tagħha kienu jisimhom Anna u Ġwakkin. (Il-festa tagħhom nagħmluha fis-26 ta Lulju ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin li huma l-ġenituri ta’ Marija, allura n-nanniet ta’ Ġesù.)

Imma hemm kelma li l-Knisja għal sekli baqgħet titlob u tirrifletti fuqha li l-anġlu jgħid lil Marija: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek” (Lq 1:28)… Kompli aqra »

Kunu preżenti bir-rigali lil xulxin – L-Arċisqof

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri u l-katekisti, il-kappillan li għamlu mod  biex niltaqgħu flimkien illejla. Nixtieq nirringrazzja ħafna lil kull min ħa sehem, lill-kor, anke liż-żgħażagħ li għamlu l-pageant.

Jiena nixtieq nagħtikom suġġeriment u nieqaf bih. Din is-sena, meta taħsbu fir-rigali, ftakru xi tfisser il-kelma ‘present’. Xi tfisser il-kelma ‘present’? Rigal! Imma l-kelma ‘present’ tfisser: jiena hawn. Aħna meta konna żgħar l-għalliema kienet tgħid: ‘Charles Scicluna?’ ‘Present’ Ġieli tagħmlu hekk intom? … Kompli aqra »

Restawrati 14-il pittura fil-Bażilika tal-Mosta

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi waqt id-diskors tiegħu

Ġie inawgurat ix-xogħol ta’ restawr fuq 14-il pittura fil-Bażilika Minuri ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, b’investiment ta’ €82,000 b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Fost il-pitturi restawrati hemm erbgħa li jmorru lura għas-seklu 17 kif ukoll seba’ pitturi ta’ Giuseppe Calì u erbgħa ta’ Stefano Erardi.

Il-proġett ġie inawgurat il-Ħadd 8 ta’ Diċembru mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, mill-Ministru għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Edward Zammit Lewis u mis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 40, 1-11
Salm: 95 (96), 1-2.3 u 10aċ.11-12.13

L-Evanġelju: Mt 18, 12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu… Kompli aqra »

“Norbtu qalbna ma’ dak li jibqa’ għal dejjem” – L-Isqof Awżiljarju

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Jien u nara l-Antifona sabiħa tat-Titular tal-Kolleġġjata, li se nisimgħuha aktar ‘il quddiem, laqatni ħafna dan il-vers fuq San Ġorġ: “il-foħrija u l-unuri ta’ din id-dinja kien dejjem jistmerrhom.” U ftakart f’dak li hemm fil-ktieb ta’ Koħelet, meta jitkellem fuq il-“frugħa tal-frugħat” fid-dinja.

Laqatni għax għal mument, ħsibt: imma dan mhux qisu l-kontra ta’ dak li qed niċċelebraw illum? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 35, 1-10
Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

L-Evanġelju: Lq 5, 17-26

Jum fost l-oħrajn Ġesù kien qiegħed jgħallem. Kien hemm bilqiegħda madwaru xi Fariżej u għorrief tal-Liġi li kienu ġew mill-irħula kollha tal-Galilija u l-Lhudija u minn Ġerusalemm. Il-qawwa tal-Mulej kienet fih biex ifejjaq. U ġew xi rġiel iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ; huma bdew ifittxu li jdaħħluh ġewwa u jqegħduhulu quddiemu, iżda minħabba l-folla ma sabux minn fejn setgħu jidħlu bih… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Diċembru

It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3: 9-15.20
Salm: 97
It-Tieni Qari: Efes 1: 3-6.11-12

L-Evanġelju: Lq 1: 26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”… Kompli aqra »

Il-Milied hu stedina għalina biex nersqu lejn l-essenzjal tal-ħajja – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna liż-żgħażagħ li tawna riflessjonijiet tassew sbieħ u għallmuna li l-Milied huwa dejjem attwali. Is-sinjal tal-Milied huwa tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura. Il-maxtura kienet il-post fejn ipoġġu l-għalf għall-annimali minn fejn ikunu jistgħu imaxtru l-ġwież u dak li jingħatalhom. U din it-tarbija li hija wkoll ir-raġel ta’ 33 sena li jgħidilna: “Dan hu ġismi, dan hu demmi”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 30, 19-21.23-26
Salm: 146 (147), 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Mt 9, 35 – 10, 1.6-8

F’dak iż-żmien, Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit… Kompli aqra »