Studenti mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija waqt Orange Campaign
Illum tasal fi tmiemha d-19-il edizzjoni tal-inizjattiva Orange Campaign li qed tittella’ mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija b’risq il-Fundazzjoni Richmond u l-missjunarji li qegħdin jgħinu lill-vittmi tat-terremot fl-Albanija, li ħalla 51 mejta, 2,000 midruba u 4,000 bla dar. Studenti tat-teoloġija bigħu larinġ magħsur frisk u ħelu varju matul il-jumejn li għaddew.
Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi (xellug) Karl Andrew Schembri, il-President tal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, il-Prorettur Godfey Baldacchino u Fr John Berry, id-Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija
Hija okkażjoni sabiħa ħafna li niftakru f’din l-inizjattiva, mibdija proprju minn Fr John Berry u sħabu tant snin ilu, u li kompliet tul is-snin turi kemm hija importanti għall-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, li jkunu b’dan l-impenn favur dak li huma f’xi mod jew ieħor fi bżonn partikulari… Kompli aqra »