Yearly Archives: 2019

Jitwaqqaf il-Fond għal Solidarjetà Volontarja

L-Arċidjoċesi ta' Malta bl-ewwel kontribuzzjoni b'risq dan il-fond

  • Twaqqaf uffiċjalment fond għal solidarjetà volontarja (Voluntary Solidarity Fund ‑ VSF) bl‑Arċidjoċesi ta’ Malta tkun l‑ewwel kontributur biex din l‑inizjattiva tibda titħaddem. L‑għan ta’ dan il‑fond, li twaqqaf wara ħidma li saret fi ħdan il‑Fondazzjoni Pontifiċja Centesimus Annus, hu li jgħin lil dawk il‑persuni li qegħdin f’riskju li jaqgħu lura biex jegħlbu l‑isfidi tagħhom billi jsiru iktar produttivi. Dan jista’ jsir ukoll b’sostenn mogħti mill‑VSF lil dawk li jixtiequ jibdew in‑negozju tagħhom iżda m’għandhomx il‑kapital u r‑riżorsi inizjali…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 11, 32-40
    Salm: 30 (31), 20.21.22.23.24

    L-Evanġelju: Mark 5, 1-20

  • F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu…

  • Kompli aqra »

Magħqudin biex nipproteġu l-ħajja umana

Quddiesa fl-okkażjoni ta' Jum il-Ħajja 2019

  •  

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    3 ta’ Frar 2019

    Ftit ġranet ilu, l‑attenzjoni ta’ ħafna nies fl‑Ewropa kienet mitfugħa fuq il‑ġrajja ta’ qsim il‑qalb fi Spanja fejn tifel żgħir, Julen Rosello, spiċċa waqa’ f’ħofra dejqa u fonda…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu biex il-Mulej ikun għalina u għas-soċjetà tagħna d-dawl, il-glorja u s-salvazzjoni” – L-Arċisqof fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej

Quddiesa fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    2 ta’ Frar 2019

    Il-liġi ta’ Mosè kienet titlob sinjal qawwi minn kull familja: l-ewwel wild kellu jingħata lill-Mulej. Din il-ħaġa għandha sinifikat profond. Kull familja li tiddedika u tikkonsagra lil Alla l-ewwel wild tagħha, kellha tirrikonoxxi s-sovranità tal-Mulej: li l-Mulej huwa s-sid tal-ħajja, qed tirrikonoxxi li l-ħajja hija don tiegħu u għalhekk huwa mill-iżjed naturali li aħna li nirċievu tant mingħand il-Mulej, nirrikonoxxu d-dejn tagħna miegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Frar

  • Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 1, 4-5. 17-19
    Salm: 70 (71), 1-2. 3-4a. 5-6ab. 15ab u 17
    It-Tieni Qari: 1 Kor 12, 31 – 13, 13

    L-Evanġelju: Luqa 4, 21-30

  • F’dak iż-żmien Ġesù qal lin-nies fis-sinagoga: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu”. U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan mhuwiex bin Ġużeppi?”. Iżda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il–proverbju: “Tabib, fejjaq lilek innifsek”…

  • Kompli aqra »

Familja Pollakka sħiħa tista’ tiġi bbeatifikata wara li ħbew il-Lhud f’darhom

  •  

  • Holocaust Memorial Day is Jan. 27, acknowledging the horror committed in the Auschwitz-Birkenau camp, along with other genocides in Cambodia, Rwanda, Bosnia and Darfur. 

    Yet, one family stands apart during this time period: the Ulma family. Joseph (44) and Victoria (32) Ulma hid eight Jews inside their small house, trying to protect them. 

    VLADIMIRO REDZIOCH
    Polish Vatican journalist
    “The Polish people were also killed for only helping the Jews…

  • Kompli aqra »