Yearly Archives: 2019

Live: Il-quddiesa ta’ tmiem is-sena u l-quddiesa tal-ewwel tas-sena

Illejla, 31 ta’ Diċembru, l-Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, se jiċċelebraw Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fi tmiem is-sena bil-kant tad-Te Deum, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-quddiesa tibda fil-5:30pm.

Għada, l-1 ta’ Jannar, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità ta’ Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-quddiesa tibda fid-9:00am. Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Jannar 2020

L-Erbgħa l-1 ta’ Jannar 2020, fid-9:00 a.m., l-Arċisqof  Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità tal-Imqaddsa Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi,  fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq TVM2 u fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

Il-Ħamis 2 ta’ Jannar, fil-11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jikkonċelebra fil-Quddiesa tal-funeral tal-Kardinal Prospero Grech, fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan.

Is-Sibt 4 ta’ Jannar, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li ser jiżżewġu matul l-2020, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Familja li għamlet żmien homeless u refuġjata – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fil-Festa tal-Familja Mqaddsa

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hija familja, li għal xi żmien kienet homeless u refuġjata, dik li l-Knisja tqiegħed quddiemna bħala ispirazzjoni għall-ħajja tagħna.

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi kienet familja li għaddiet minn ħafna tbatija, fost l-oħrajn, kif rajna fl-Evanġelju llum, kellha taħrab minn pajjiżha – kienet refuġjata – bis-sofferenza kollha li dan kien ifisser. Dak iż-żmien ma kienet la faċli u lanqas xi ħaġa komda li tagħmel dak il-vjaġġ biex tħares il-ħajja tat-tifel li kienet fil-periklu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 18-21
Salm: 95 (96), 1-2.11-12.13

L-Evanġelju: Ġw 1, 1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux… Kompli aqra »

Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar il-mewt tal-Kardinal Prospero Grech OSA

L-Emminenza Tieghu l-Kardinal Prospero Grech OSA

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex isellmu l-memorja tal-Kardinal Prospero Grech – reliġjuż
għaref u dħuli, b’sens kbir ta’ umoriżmu u ta’ umanità.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Joseph Galea-Curmi
jwasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-qraba tal-Kardinal Prospero u lill-familja reliġjuża
Agostinjana kollha, filwaqt li jħeġġu lill-Insara kollha joffru talb ta’ suffraġju għal ruħu… Kompli aqra »

Ir-raba’ volum ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

Id-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-ġid komuni u l-ġustizzja soċjali huma żewġ temi rikorrenti fid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna li ġew ippublikati fil-ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’. Dan il-ktieb li jinsab fir-raba’ edizzjoni tiegħu jiġbor l-omeliji, l-artikli u l-messaġġi ta’ Mons. Scicluna fl-2018, ir-raba’ sena tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta. L-Arċisqof ippreżenta kopja ta’ dan il-ktieb lill-President George Vella u lill-awtoritajiet tal-Istat waqt l-iskambju tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida.

Il-ktieb juri li fl-2018 iż-żgħażagħ kienu protagonisti ewlenin fil-Knisja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2, 12-17
Salm: 95 (96), 7-8a.8b-9.10

L-Evanġelju: Lq 2, 36-40

Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej. Kien hemm waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta’ Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba’ snin miżżewġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Diċembru

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 3, 2-6. 12-14
Salm: 127 (128), 1-2.3.4-5
It-Tieni Qari: Kol 3, 12-21

L-Evanġelju: Mt 2, 13-15.19-23

Meta telqu l-Maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u lil ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu”… Kompli aqra »

Tempji li jibqgħu d-dar tal-komunità tal-poplu ta’ Alla – L-Arċisqof

Quddiesa f'għeluq it-350 anniversarju mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Knisja ta' Ħal Balzan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Huwa xieraq li ltqajna hawnhekk illejla propju biex niċċelebraw dak li missirijietkom għamlu 350 sena ilu meta qiegħdu l-ewwel ġebla ta’ dan it-tempju grazzjuż. X’riedu jagħmlu? Riedu jibnu dar għal Alla fosthom. Imma riedu wkoll jibnu tempju xieraq fejn huma rikonoxxuti u miġburin bħala parroċċa, ikunu jistgħu jiltaqgħu biex jisimgħu l-Kelma ta’ Alla, jiċċelebraw l-Ewkaristija, jirċievu s-sagramenti, jiltaqgħu ma’ Alla… Kompli aqra »