Yearly Archives: 2019

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Frar

  • Il-Preżentazzjoni tal-Mulej – Solennità Qari tal-jum

     

  • L-Ewwel Qari: Mal 3,1-4
    Salm: 23, 7-10
    It-Tieni Qari: Lhud 2, 14-18

    L-Evanġelju: Luqa 2, 22-40

  • Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

Jibda r-restawr fi 15-il parroċċa minn fondi Ewropej

  • Beda x‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni ta’ diversi proġetti fi 15‑il parroċċa f’Malta, b’investiment kapitali ta’ €2.2 miljun b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Dan tħabbar waqt konferenza tal‑aħbarijiet li saret illum quddiem il‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar, indirizzata mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta s‑Sur Michael Pace Ross, u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej u d‑Djalogu Soċjali l‑Onor. Aaron Farrugia…

  • Kompli aqra »

In-Netherlands se jagħtu amnestija lil mijiet ta’ żgħażagħ li qed ifittxu l-ażil

  • Armenian Christians attend a round-the-clock church service in The Hague

     

  • The church door was quickly opened and then closed by a pastoral worker. Inside, the congregation sang about a fire that never goes out. They’ve been singing and praying for an Armenian family since October 26th.

    The Tamrazyan family — the parents and their three children — say they left Armenia nine years ago after receiving death threats because of the father’s political activism…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 10, 32-39
    Salm: 36 (37), 3-4.5-6.23-24.39-40

    L-Evanġelju: Mark 4, 26-34

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ mimli fis-sbula…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ Santa Luċija

  • Matul Jannar 2019, l-Arcisqof Charles J. Scicluna żar il-Parroċċa ta’ San Piju X, Santa Luċija.

    FIl-bidu tal-Viżta Pastorali huwa ċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali u wara ltaqa’ mal-komunità ta’ Santa Luċija, mal-Kunsill Lokali u rappreżentanti tas-soċjetà civili. Waqt il-Viżta, l-Arċisqof kellu wkoll l-opportunità jiltaqa’ mat-tfal u l-adolexxenti, mal-katekisti u l-operaturi pastorali tal-parroċċ, kif ukoll mal-istudenti u l-edukaturi tal-iskola sekondarja fil-Kulleġġ St Thomas More…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 10, 19-25
    Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

    L-Evanġelju: Mark 4, 21-25

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt is-siegħ jew taħt is-sodda? Mhux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl…

  • Kompli aqra »

Inutli nqim statwa tal-injam u mbagħad f’qalbi nobgħod lil xi ħadd jew nuża kliem ta’ disprezz – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa liturġika ta' San Sebastjan u f'għeluq il-75 sena mill-ewwel purċissjoni tal-istatwa titulari f'Ħal Qormi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi
    20 ta’ Jannar 2019

    It-titlu ta’ glorja ta’ San Bastjan, li aħna qegħdin niċċelebraw is-solennità liturġika tiegħu, huwa li nafuh bħala Sebastianus Cristianus. Dan kien it-titlu tal-kundanna tiegħu. Ir-Rumani kellhom l-użanza li meta jikkundannaw lil xi ħadd, kemm għat-tislib u kif ukoll għall-mewt bil-vleġeġ, kienu jwaħħlu biċċa njama u fuqha jiktbu l-kundanna l-għaliex din il-persuna qatgħuhielha għall-mewt…

  • Kompli aqra »

Laqgħa li ġabet bidla radikali

Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl u fl-44 anniversarju tal-parroċċa

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Fleur-de-Lys

    25 ta’ Jannar 2019

    Il-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl hi festa kbira għall-Knisja kollha. Pawlu kien wieħed mill-iktar bnedmin influwenti u figura importanti ħafna fil-Knisja tal-bidu. Imma għalina f’Malta Pawlu jfisser iktar, minħabba li nafu lil Pawlu l-bidu tal-fidi tagħna…

  • Kompli aqra »

Filmat: L-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof tiċċelebra Jum l-Iskola

  • 

     

  • Nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2019, is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof iċċelebra Jum l-Iskola bit-tema ta’ din is-sena kienet: Be God’s Microphone (Kun il-Microphone tal-Mulej), espressjoni ta’ San Oscar Romero.

    Fil-bidu tal-ġurnata, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mal-istudenti tad-disgħa, l-għaxar u l-ħdax-il sena. Waqt diskussjoni mal-istudenti ġie diskuss kif iż-żgħażagħ llum għandhom jinkoraġġixxu lil xulxin speċjalment billi jużaw kliem li jibni lill-oħrajn…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 10, 11-18
    Salm: 109 (110), 1.2.3.4

    L-Evanġelju: Mark 4, 1-20

  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ beda jgħallem ħdejn il-baħar, u nġabret madwaru kotra kbira, hekk li kellu jitla’ bilqiegħda f’dgħajsa fuq il-baħar, u n-nies kollha l-art matul ix-xatt. U qagħad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ bil-parabboli, u fit-tagħlim tiegħu qalilhom: “Isimgħu…

  • Kompli aqra »