Yearly Archives: 2019

“Qlubkom erfgħuhom ’l fuq lejn il-Mulej” – L-Arċisqof lis-seminaristi fis-Solennità tal-Epifanija tal-Mulej

Omelija waqt Quddiesa tal-Epifanija u l-kandidatura ta' erba' seminaristi

  • 

     

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    6 ta’ Jannar 2019

    “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tiela’ u ġejna nqimuh” (Mt 2:2).  Din hija domanda li hemm fil-qalb ta’ kull bniedem…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 22 – 4, 6
    Salm: 2, 7-8.10-11

    L-Evanġelju: Mt 4, 12-17. 23-25

  • F’dak iż-żmien, meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal: “Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali, it-triq tal-baħar, art ’l hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! …

  • Kompli aqra »

Id-deheb, l-inċens u l-mirra fil-ħajja tal-miżżewġin

Omelija waqt Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2018

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    5 ta’ Jannar 2019

    Ippermettuli ftit ħsibijiet qosra ispirati mill-festa li fiha qegħdin niltaqgħu. L-ewwel nett nixtieq mill-ġdid nifirħilkom u nawguralkom għas-Sagrament taż-Żwieġ li tajtu lil xulxin, tal-fatt li tlabtu l-barka tal-Knisja fuq iż-żwieġ tagħkom u li issa, fost l-inżul u t-tlajja, bdejtu tgħixuh…

  • Kompli aqra »

Il-parir tal-Isqof Awżiljarju lill-kappillan il-ġdid tal-parroċċa tal-Balluta

Omelija waqt Quddiesa tal-pussess ta' Patri Renald Lofreda O. Carm bħala l-kappillan il-ġdid tal-parroċċa tal-Balluta

     

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, il-Balluta

    5 ta’ Jannar 2019

    Santu Wistin għandu talba sabiħa li f’parti minnha tgħid lil Alla: “Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk ma nistriħux”. Dit-talba tfakkarni ħafna fil-maġi li ġew mil-Lvant ifittxu t-tarbija li twieldet u baqgħu jistaqsu u jfittxu sakemm sabu lil Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Jannar

  • L-Epifanija tal-Mulej – Solennita’ Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 60, 1-6
    Salm: 71 (72), 1-2.7-8.10-11,12-13
    It-Tieni Qari: Ef 3, 2-3a. 5-6

    L-Evanġelju: Mt 2, 1-12

  • Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh”…

  • Kompli aqra »

Negozjati mhux a skapitu ta’ min qed ibati – L-Arċisqof abbord il-bastiment Lifeline

L-Arcisqof Charles J. Scicluna jiltaqa' mal-membri tal-ekwipaġġ tal-bastiment ta' salvataġġ Lifeline

  • Dalgħodu (is-Sibt 5 ta’ Jannar 2019), l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-bastiment Lifeline li jinsab sorġut fil-Port il-Kbir, fejn wassal appell ieħor biex l-Ewropa taġixxi bla iżjed dewmien u ssalva lil ħutna li ilhom jiem sħaħ fuq il-baħar.

    Filwaqt li ltaqa’ mal-membri tal-ekwipaġġ, l-Arċisqof fakkar fl-appelli li hu flimkien mal-Isqof Mario Grech u l-Isqof Galea-Curmi għamlu biex l-Ewropa turi solidarjetà konkreta ma’ dawk l-aktar vulnerabbli…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3, 11-21
    Salm: 99 (100), 2.3.4.5

    L-Evanġelju: Ġw 1, 43-51

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja!” Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta’ Indrì u Pietru. Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi”…

  • Kompli aqra »

L-20 anniversarju tal-episkopat tan-Nunzju Appostoliku

    • Nhar il-Ħadd li ġej, 6 ta’ Jannar 2019, in-Nunzju Appostoliku għal Malta, l-E.T. Mons. Alessandro D’Errico, ser jiċċelebra l-20 anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu. Mons. D’Errico ġie ordnat Isqof minn San Ġwann Pawlu II fis-6 ta’ Jannar 1999, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.

      Għal din l-okkażjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla, nhar il-Ħadd li ġej in-Nunzju Appostoliku ser iqaddes Quddiesa fil-11:00 a.m., fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Mary Poppins Returns

  • *****

    Direttur:          Rob Marshall

    Atturi:              Emily Blunt, Lin-Manuel Miranda, Ben Whishaw, Emily Mortimer, Pixie Davies, Nathaniel Saleh, Joel Dawson, Julie Walters, Meryl Streep, Dick Van Dyke u Colin Firth

    Ħin tal-Film:    130 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

    L-istorja teħodna fi żmien id-Dipressjoni Ekonomika fis-snin tletin tas-seklu għoxrin…

  • Kompli aqra »