Yearly Archives: 2019

Tibda ż-żjara f’Malta tal-Isqof Giovanni Cefai

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ltaqgħu mal-Isqof Malti fil-Perù, Mons. Giovanni Cefai, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, mal-wasla tiegħu f’Malta dalgħodu. Din hi l-ewwel żjara tal-Isqof Cefai f’Malta minn meta fit-3 ta’ April li għadda l-Papa Franġisku ħatru Isqof tal-Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù. Waqt iż‑żjara tiegħu f’Malta, l‑Isqof Giovanni Cefai se jiċċelebra diversi quddies f’Malta…

  • Kompli aqra »

L-umiltà profonda ta’ San Gejtanu – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Ewwel Tridu fil-Festa ta’ San Gejtanu, fil-Ħamrun

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, il-Ħamrun
    7 ta’ Awwissu 2019

    “Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu” (Salm 39 (40), 5a). Waħda mill-affarijiet li timpressjonak meta taqra u tirrifletti fuq il-ħajja ta’ San Gejtanu, hija propju l-esperjenza, bxara ta’ bniedem li fost sfidi kbar madwaru u fih innifsu, għaraf li jqiegħed it-tama tiegħu fil-Mulej…

  • Kompli aqra »

Wara kemm-il miraklu ssir il-kanonizzazzjoni ta’ qaddis?

  • The canonisation process can vary depeninding on the saint and the history behind them. A canonized saint in the Roman Catholic Church is someone who has lived a life of heroic virtue and whose example is particularly edifying for the Christian faithful. Not everyone is declared a “saint,” but that does not mean that they aren’t enjoyed the beatific vision of God in heaven…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Awwissu

  • S. Tereża Benedetta tas-Salib – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ħos 2: 16b. 17b. 21-22
    Salm: 44, 11-12.14-17

    L-Evanġelju: Mt 25:1-13

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Num 20, 1-13
    Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Mt 16, 13-23

  • F’dak iż-żmien, Ġesù wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, u staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”. U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”…

  • Kompli aqra »

Filmat: Is-sorijiet Agostinjani jiċċelebraw 125 sena f’Malta

  • Is-sorijiet Agostinjani qed ifakkru l-125 preżenza tagħhom f’Malta meta waqqfu l-ewwel dar f’Ħal Qormi bis-saħħa tal-Isqof Pietru Pace fis-6 t’Awwissu tal-1894. L-Isqof Malti diġà kien midħla tas-sorijiet Agostinjani ta’ Casa Madre, fl-Italja, fejn kienu jinsabu xi sorijiet Maltin. Hu xtaq jiftaħ skola mmexxija mis-sorijiet tal-istess ordni għall-ġid tal-poplu Malti. Dan seħħ bil-miġja tal-ewwel erba’ sorijiet li kienu: Sr Cleofe Uberti u Sr Angela Tagliaferri mill-Italja, u Sr Giuliana u Sr Paolina Debrincat minn Għawdex…

  • Kompli aqra »

Interessat tibda kors?

  • Fis‑sena akkademika li tibda f’Ottubru 2019, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali u diversi entitajiet formattivi oħra fi ħdan il‑Knisja ser joffru korsijiet varji ta’ formazzjoni. Fost id‑disa’ korsijiet offruti mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali hemm korsijiet dwar l‑Ekumeniżmu, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu,  l‑ispiritwalità, l‑irwol tan‑Nisrani fis‑soċjetà, u oħrajn.

    Il‑korsijiet offruti huma dawn:

    • L‑Iżvilupp tar‑Responsabbiltà Ambjentali/Developing Environmental Responsibility (Livell 4)
    • L‑Iskoperta tal‑Fidi Permezz tal‑Arti/The Way of Beauty: Discovering Faith Through Art (Livell 4)
    • L‑Esperjenza Umana ta’ Alla fit‑Talb/The Human Experience of God in Prayer (Livell 4)
    • L‑Ekumeniżmu/Ecumenism (Livell 5)
    • Il‑Ministeru Pastorali tal‑Familja/Family Ministry (MQF Livell 5)
    • L‑Għeruq tal‑Fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu/Jewish Roots in Christianity (Livell 5)
    • It‑Teoloġija/Theology (MQF Livell 5)
    • Il‑Kura Pastorali fl‑Iskejjel/Pastoral Care ‑ Chaplaincy in Schools (MQF Livell 6)
    • Id‑Dimensjoni Spiritwali fil‑Kura tas‑Saħħa/The Spiritual Dimension in Health Care (MQF Livell 6)


    L‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl‑2007 bl‑iskop li joffri formazzjoni għall‑ħtiġijiet reali tas‑soċjetà kontemporanja…

  • Kompli aqra »

L-isqfijiet Amerikani jitolbu għal liġijiet responsabbli dwar l-armi wara sensiela ta’ qtil tal-massa

  • The Catholic Bishops of the United States renew calls for responsible gun laws and more resources to address the root causes of violence, after a series of mass shootings that left 29 people dead in just a few hours.

    “Something remains fundamentally evil in our society when locations where people congregate to engage in the everyday activities of life can, without warning, become scenes of violence and contempt for human life.”

    US bishops expressed that conviction this weekend in a statement that followed a mass shooting in the US state of Texas on Saturday and shortly before another in Ohio…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jiltaqa’ mal-abbatini Maltin

  • B’tifkira tal-qaddis San Ġwann Maria Vianney, il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ grupp ta’ abbatini Maltin li telgħu jservu fil-Vatikan, ħadilhom b’idhom u talab magħhom. Wara li ttieħed ir-ritratt ta’ tifkira, il-Papa staqsa lill-abbatini jekk humiex jieklu tajjeb. Abbati minnhom qallu: “U kif!”
    L-abbatini offrew donazzjoni sabiħa għall-fond tal-karità tal-Papa. Magħha kien hemm offerta oħra ta’ kappillan.
    Iż-żjara tal-Abbatini fil-Vatikan kienet organizzata minn Dun Frans Bonnici, bl-assistenza ta’ Keith Tabone…

  • Kompli aqra »

Fast & Furious: Hobbs & Shaw

  • *****

    Direttur:          David Leitch

    Atturi:              Dwayne Johnson, Jason Statham, Ediris Elba, Vanessa Kirby, Helen Mirren u Elaz Gonzàbez

    Ħin tal-Film:    136 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA  TAĊ-ĊENSURA:                            12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISA:                                   12

    L-aġent federali, Luke Hobbs u l-merċenarju, Dechard Shaw, jinsabu jgħixu ħajja separata minn xulxin…

  • Kompli aqra »