Yearly Archives: 2019

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Num 13, 1-3a.25 -14, 1.26-30.34-35
    Salm: 105 (106), 6-7a.13-14.21-22.23

    L-Evanġelju: Mt 15, 21-28

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David! Binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Glorja ma jaħrabx mis-salib u jara l-wiċċ tal-Mulej fil-proxxmu – L-Arċisqof fil-festa tas-Salvatur

Quddiesa fil-festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Lija

    6 ta’ Awwissu 2019

    Dis-sena ir-rakkont tat-trasfigurazzjoni jagħtihulna l-evanġelista San Luqa, ħabib tagħna l-Maltin għaliex jagħtina wkoll ir-rakkont tal-miġja fostna tal-Appostlu Missierna fit-tieni ktieb tiegħu, l-Atti tal-Appostli.

    Il-kappillan, kif  beda jaqra r-rakkont, beda b’dawn il-kliem: “Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u ‘l Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob” (Lq 9:28)…

  • Kompli aqra »

Qrib il-vittmi ta’ vjolenza domestika

  • Il-Knisja f’Malta għaddejja b’ħidma sabiex sa sitt xhur oħra Dar Ġesù Nazzarenu fiż-Żejtun tkun tista’ tibda tilqa’ vittmi ta’ vjolenza domestika. Dan ix-xelter, immexxi mill-Fondazzjoni Sebħ, mistenni jiswa madwar €500,000.

    Dan ix-xelter fil-kunvent tas-sorijiet ser jilqa’ 33 persuna bejn ommijiet u tfal li għaddew minn esperjenza ta’ vjolenza domestika u li ħadu d-deċiżjoni kuraġġjuża li jimxu ’l quddiem…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Giovanni Cefai jżur Malta

  • Nhar il‑Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu 2019, jasal Malta mill‑Perù l‑Isqof Giovanni Cefai, l‑ewwel isqof Malti tas‑Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP). Din hi l‑ewwel żjara tiegħu f’Malta minn meta fit‑3 ta’ April li għadda l‑Papa Franġisku ħatru Isqof tal‑Prelatura Territorjali l‑ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil‑Perù.

    Fil‑bidu taż‑żjara tiegħu f’Malta, is‑Sibt, 10 ta’ Awwissu fl‑10:00 a.m., l‑Isqof Cefai ser jiċċelebra Quddiesa quddiem l‑inkwatru tal‑Madonna ta’ Pompej li jinsab fil‑Knisja tal‑Ġiżwiti, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Awwissu

  • It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 7: 9-10. 13-14
    Salm: 96, 1-2.5-6.9
    It-Tieni Qari: 2 Piet 1: 16-19

    L-Evanġelju: Mk 9:1-9

  • Sitt jiem wara Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Lbiesu sar abjad u jgħammex b’dija ta’ l-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk…

  • Kompli aqra »

Mixja b’qalb mimlija gratitudni – L-Isqof Awżiljarju f’għeluq is-sena mill-ordinazzjoni episkopali tiegħu

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan
    4 ta’ Awwissu 2019


    Waħda mill-mistoqsijiet li kemm-il darba smajt matul din is-sena kemm ili isqof hi: “Mela għadek timxi?” Ġieli niltaqa’ ma’ xi ħadd jien u ġej lejn il-knisja ta’ Ħal Balzan, jew meta mmur nimxi aktar ’il bogħod, u jistaqsini: “Mela għadek timxi?”

    Nifhem il-mistoqsija, imma r-risposta tiegħi hi: kemm ili isqof, iktar hemm bżonn nimxi, mhux inqas! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Num 11, 4b-15
    Salm: 80 (81), 12-13.14-15.16-17

    L-Evanġelju: Mt 14, 13-21

  • F’dak iż-żmien, meta sama’ l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejqilhom il-morda tagħhom…

  • Kompli aqra »

‘Kienet hemm’: il-valur tal-preżenza – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa f’Lejlet il-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja Parrokkjali, San Ġwann
    3 ta’ Awwissu 2019

    Fil-ġrajja tat-tieġ ta’ Kana li għadna kif smajna, hemm frażi qasira imma b’tifsira kbira: “Omm Ġesù kienet hemm” (Ġw 2:1). Ir-rakkont donnu jrid jitfa’ l-enfasi fuq il-preżenza ta’ Marija. Int u taqra l-Evanġelju, qisek aktar tistenna li taqra: Ġesù kien hemm u kien hemm ommu wkoll…

  • Kompli aqra »

Ittra mill-Papa Franġisku lis-saċerdoti fl-okkażjoni tal-160 sena mill-mewt tal-Kurat t’Ars

  • Pope Francis sent a letter today to priests on the occasion of the 160th anniversary from the death of the saintly Curé d’Ars, patron saint of priests, whose liturgical memory we celebrate today.

  • To my Brother Priests.

    Dear Brothers,

    A hundred and sixty years have passed since the death of the holy Curé of Ars, whom Pope Pius XI proposed as the patron of parish priests throughout the world…

  • Kompli aqra »