“Ma nehdew qatt inxandru u nwasslu l-Bxara t-Tajba” – L-Arċisqof
Quddiesa f’għeluq l-400 sena tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu u l-136 sena mis-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima u Franġisk Portelli
24/06/2019- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, l-Għarb, Għawdex
22 ta’ Ġunju 2019“Dan li għamel Ġesù f’Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu. Bih wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih” (Ġw 2:11).
Illum ilqajna l-istedina ta’ Marija ta’ Nazaret, omm Ġesù, mara umli u rżina, u smajna l-istedina tagħha li tasal fil-qalb tagħna bil-kelma ‘ejja’, hekk kif hemm miktub fuq il-kappella oriġinali ta’ dan il-post qaddis u mbierek…