Yearly Archives: 2019

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 15, 1-6
    Salm: 121 (122), 1-2.3-4a.4b-5

    L-Evanġelju: Ġw 15, 1-8

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom…

  • Kompli aqra »

Ħidma mill-AKM biex tiżgura s-sostenibiltà ambjentali fiċ-ċentri tagħha

  • L-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM) għandha responsabbiltà kbira biex tikkontribwixxi lejn il-ġid tad-dinja.

    Fid-dawl tal-għarfien dwar l-impatt tagħna fuq id-dinja, dik li l-Papa Franġisku jsejħilha “d-Dar Komuni tagħna”, l-AKM trid tiżgura li l-ħidma wiesgħa tagħha tħalli l-inqas impatt ambjentali possibli. L-AKM temmen li ma tistax tgħaddas rasha fir-ramel u tibqa’ għaddejja bl-attività tagħha qisu mhu jiġri xejn. It-tgħallim Nisrani fil-gruppi tagħha, kemm tal-adulti kif ukoll maż-żgħażagħ fiż-ŻAK, irid ikun sħiħ u għalhekk irridu ngħinu lin-nies jirrealizzaw li ma nistgħux inkunu nsara ta’ veru jekk il-mod kif ngħixu ma jkunx jirrifletti f’kollox dak li nemmnu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 14, 19-28
    Salm: 144 (145), 10-11.12-13ab.21

    L-Evanġelju: Ġw 14, 27-31a

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: “Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom”.

    Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni…

  • Kompli aqra »

“Il-mużika turik li s-sbuħija ssalva d-dinja” – L-Arċisqof

Messaġġ waqt The Archbishop's Charity Concert

  •  

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    19 ta’ Mejju 2019

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna lill-artisti straordinarji Lydia Buttigieg, Alex Abela, Karen Cremona u Fiona Cauchi.

    … parti minn dawn id-donazzjonijiet nużahom biex ngħin lill-armla u t-tfal ta’ dan ħuna li nqatel sempliċiment għax hu iswed…

  • Kompli aqra »

L-Imħabba: Il-pern tal-ħajja Nisranija – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fil-bidu tal-Viżta Pastorali f'Ta' Xbiex

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  • Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex
    19 ta’ Mejju 2019

    Kif tidħol f’din il-knisja parrokkjali ta’ Ta’ Xbiex, ħaġa li tolqtok hi dik il-kitba kbira li hemm mal-ħajt tal-artal li tgħid: “Fejn ma ssibx l-imħabba, qiegħed l-imħabba u tieħu l-imħabba.” Dan hu l-kliem ta’ San Ġwann tas-Salib, il-patrun ta’ din il-parroċċa…

  • Kompli aqra »

Saċerdot Kattoliku jinqatel minn kriminali f’El Salvador

  • 38-year-old father Cecilio Perez was reportedly shot dead by a presumed gang member while he slept on Saturday night in his parish in El Salvador.

    Father Perez was the parish priest of San José la Majada, in Sosonate Diocese near the Guatemala border.

    His body, with three bullet wounds, was found in his room by a group of faithful who had agreed to meet him at 5 am for morning prayers…

  • Kompli aqra »

Tolkien

  • ***

    Direttur:          Dome Karukoski

    Atturi:              Nicholas Hoult, Lily Collins, Colm Meaney, Derek Jacobi, Anthony Boyle, Patrick Gibson, Tom Glynn-Carney,Craig Roberts, Pam Ferris u James MacCallum

    Ħin tal-Film:    111 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

    John Ronald Reuel Tolkien twieled fit-3 ta’ Jannar 1892 ġewwa Bloemfontein, fl-Orange Free State fl-Afrika t’Isfel…

  • Kompli aqra »

Isqof Malti għad-djoċesi ta’ Las Cruces fi New Mexico

  • Il-Papa Franġisku ħatar lill-Isqof Peter Baldacchino biex imexxi d-Djoċesi ta’ Las Cruces, fi New Mexico fl-Istati Uniti. Huwa l-ewwel isqof djoċesan assoċjat mal-Mixja Neokatekumenali biex iservi fi djoċesi daqshekk kbira fl-Istati Uniti tal-Amerika. Mons. Baldacchino twieled fil-5 ta’ Diċembru 1960 f’Tas-Sliema u ilu Isqof Awżiljaru ta’ Miami fi Florida mill-2014. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-1996 fl-Arċidjoċesi ta’ Newark fl-istat ta’ New Jersey…
  • Kompli aqra »

Appell għal edukazzjoni akbar dwar id-deni tar-razziżmu

Stqarrija mill-Kummissjoni Emigranti

  • It-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti temmen li x-xokk kbir li ħa l-poplu ta’ dawn il-gżejjer meta sar jaf li l-persuni suspettati bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleyman mill-Kosta tal-Ivorju, u l-korriment ta’ żewġ immigranti oħra, fis-6 ta’ April 2019, huma żewġ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, jitlob li jkun segwit minn azzjoni ġdida favur edukazzjoni aħjar u akbar dwar il-kruha u d-deni ta’ sentimenti jew attitudnijiet razzisti u xenofobiċi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 14, 5-18
    Salm: 113B (115), 1-2.3-4.15-16

    L-Evanġelju: Ġw 14, 21-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi”.

    Ġuda – l-ieħor, mhux l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?”. Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu…

  • Kompli aqra »