Yearly Archives: 2019

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Mejju

  • Il-Ħames Ħadd tal-Għid
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 14, 21b-27
    Salm: 144 (145), 8-9.10-11.12-13ab
    It-Tieni Qari: Apok 21, 1-5a

    L-Evanġelju: Ġw 13, 31-33a.34-35

  • Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah…

  • Kompli aqra »

Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-Parroċċa Ta’ Xbiex

  • Il-Ħadd, 19 Mejju 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jibda l-viżta pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġwann tas-Salib, f’Ta’ Xbiex, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u l-ġenituri tagħhom u l-katekisti, mal-komunità Tereżjana tal-parroċċa kif ukoll mal-membri tal-Kunsill Lokali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Il-Viżta Pastorali tintemm it-Tlieta, 21 ta’ Mejju 2019.

    Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Isqof Galea-Curmi lill-parruċċani ta’ Ta’ Xbiex.


     

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13, 44-52
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

    L-Evanġelju: Ġw 14, 7-14

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh”. Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina”. Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof ibierek ġebla kommemorattiva taċ-ċentru terapewtiku l-ġdid ta’ Caritas Malta

It-tberik ta' ġebla kommemorattiva taċ-Ċentru Terapewtiku għall-Adolexxenti “Tal Ibwar”

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Iċ-Ċentru Terapewtiku tal-Ibwar, Ta’ Kandja

    17 ta’ Mejju 2019

    L-ewwel nett nirringrazzja lill-persuni distinti kollha. Ippermettuli nagħti anke tislima speċjali lilek Mons. Victor Grech. Aħna llum qegħdin hawn ukoll anke minħabba l-aspirazzjoni profetika u ta’ kuraġġ kbir li kellek. Il-Knisja, li titkellem ħafna, inti tagħtiha wiċċ konkret ta’ kumpassjoni u solidarjetà…

  • Kompli aqra »

Għandna ħajja waħda … ngħixuha tajjeb! – L-Arċisqof lill-istudenti ta’ De La Salle u Stella Maris

Quddiesa f'għeluq it-300 sena mill-mewt ta' San Ġwann Battista de La Salle

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Kulleġġ De La Salle, il-Birgu

    15 ta’ Mejju 2019

    L-ewwel nett nixtieq niringrazzja lil Fr John li qralna l-Kelma ta’ Ġesù, l-Evanġelju, u lil sħabkom talli qrawlna l-Kelma ta’ Alla. Fl-Ewwel Qari li smajna kien hemm sentenza li fakkritni f’dak li qegħdin nagħmlu llum għaliex il-Ktieb ta’ Bin Sirak jgħid hekk: “It-tifkira tiegħu jxandruha l-ġnus u t-tifħir tiegħu ħabbru l-ġemgħa”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13, 26-33
    Salm: 2, 6-7.8-9.10-11

    L-Evanġelju: Ġw 14, 1-6

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu”? U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll…

  • Kompli aqra »

Talb għall-migranti midfuna fl-Addolorata

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna jitlob fuq il-qabar ta’ 24 persuna li jinsabu midfuna fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata wara li tilfu ħajjithom f’traġedja li seħħet fil-Baħar Mediterran fid-19 ta’ April 2015. Dakinhar mietu madwar 800 persuna fosthom tfal.

    Għal dan il-mument ta’ talb li sar ilbierah filgħodu attendew rappreżentanti ta’ għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem. Huma sellmu wkoll lil persuni kollha li fit-tfittxija għal ħajja aħjar qed imutu fil-Mediterran, li fi kliem il-Papa Frangisku hu ċimiterju ta’ migranti…

  • Kompli aqra »

Pokemon: Detective Pikachu

  • ****

    Direttur:          Rob Letterman

    Atturi:              Ryan Reynolds, Justice Smith, Kathryn Newton, Suki Waterhouse, Omar Chaparro, Chris Geere, Ken Watanabe u Bill Nighy

    Ħin tal-Film:    104 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  12A

    Ġewwa l-belt ta’ Ryme, metropolis ippopolata bil-ftehim bejn l-umani u l-Pokémoni biex hekk jgħixu f’armonija flimkien, niltaqgħu ma’  Tim Goodman, ġuvni ta’ 21 sena, li fil-passat kien iħarreġ il-Pokémoni…

  • Kompli aqra »