Yearly Archives: 2019

Filmat: Il-Ġimgħa Mqaddsa 2019 fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

  •  

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna jistieden lill‑Insara biex jieħdu sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa li matulhom l‑Knisja Kattolika tfakkar il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Jistieden ukoll lill‑Insara jattendu għaċ‑ċelebrazzjonijiet li ser jippresiedi fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Nhar il‑Ħadd li ġej, 14 ta’ April, il‑Knisja tagħti bidu għall‑Ġimgħa Mqaddsa biċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm u l‑Passjoni tal‑Mulej…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 17, 3-9
    Salm: 104 (105), 4-5.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Ġw 8, 51-59

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt”. Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid: “Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt”…

  • Kompli aqra »

Live: Polza tal-għażla għal Form 1 bniet u subien – Dħul 2019

  • Il-Ħamis, 11 ta’ April 2019, tista’ ssegwi live t-tlugħ tal-polza tal-għazla għal Form 1 fi skejjel tal-Knisja għal studenti bniet u subien, fl-Istitut tal-Azzjoni Kattolika, il-Furjana.

    Il-polza tal-bniet tibda fid-9:30am u tas-subien fl-10am.

  • Segwi live l-polza tal-bniet
  • Segwi live l-polza tas-subien
  • Kompli aqra »

Via Sacra Djoċesana 2019

  • 

     

  • Il-Via Sacra Djoċesana mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna ser issir nhar l-Erbgħa, 17 ta’ April 2019. Il-Via Sacra tibda fis-7:00 p.m. minn ħdejn l-istatwa ta’ Kristu Re (quddiem il-lukanda Phoenicia), u tintemm quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    It-test li se jinqara matul il-Via Sacra ta’ din is-sena huwa adattament tal-Via Sacra li l-Papa Franġisku mexxa s-sena l-oħra fil-Kolossew, f’Ruma, fil-Ġimgħa l-Kbira…

  • Kompli aqra »

Membri taż-ŻAK jispjegaw kif qed iwettqu fil-prattika dak li ħareġ mis-Sinodu

  • F’laqgħa mal-Arċisqof Charles J. Scicluna, żgħażagħ membri taż-ŻAK għażlu li jkompli jiddiskutu xi punti li ħarġu mis-Sinodu dwar iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali hekk kif il-Papa Franġisku ppreżenta l-eżortazzjoni appostolika ‘Christus Vivit’.

    Iż-żgħażagħ ppreżentaw 10 punti biex jispjegaw kif iż-ŻAK diġà qed twettaq xi suġġerimenti li ħarġu mis-Sinodu. Komplew id-djalogu billi ddiskutew diversi sitwazzjonijiet u temi li huma relevanti għalihom fil-ġurnata tal-lum, bħat-teknologija, is-social media, ix-xogħol, il-familja, l-ambjent u l-politika…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 3, 14-20.91-92.95
    Salm: Dan 3, 52.53-54.55-56

    L-Evanġelju: Ġw 8, 31-42

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom”. Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”…

  • Kompli aqra »

Ċineforum b’għarfien fuq l-abbuż tad-droga

  • Caritas Malta flimkien mal-Fondazzjoni Oasi u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatri qed jorganizzaw Ċineforum bl-għan li jwasslu iktar għarfien dwar l-abbuż tad-droga u xi jbiegħed mid-droga.

    F’dan iċ-Ċineforum, se jintwera l-film Beautiful Boy, film ibbażat fuq storja vera; adolexxent li huwa dipendenti fuq sustanzi u kif tiġi affettwata l-familja kollha. Wara l-film issegwi  diskussjoni ma’ esperti fil-qasam u wkoll se jingħata ċ-ċans lil dawk li se jattendu jgħaddu r-riflessjonijiet tagħhom kif ukoll xi domandi li jista’ jkollhom…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fl-Imtarfa

  • Waqt il-Vizta Pastorali fil-parroċċa ta’ Santa Luċija fl-Imtarfa, l-Isqof Galea-Curmi ltaqa’ mar-residenti tal-Imtarfa li attendew ghall-Quddies is-Sibt u l-Hadd, fejn kien hemm bosta tfal tal-parroċċa. L-Isqof żar ir-residenti u l-istaff ta’ Dar Kenn Għal Saħħtek, ċentru għat-trattament tad-diżordni tal-ikel u tal-obeżità.

    Huwa żar ukoll l-Aġenzija Sapport, iċ-ċentru tal-Adult Training Centre, ir-residenti fid-dar tal-anzjani, u l-istudenti u l-edukaturi tal-iskola primarja tal-Imtarfa…

  • Kompli aqra »