Yearly Archives: 2019

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ April

  • Il-Ħames Ħadd tar-Randan
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 43, 16-21
    Salm: 125 (126), 1-2ab. 2ċd-3.4-5.6
    It-Tieni Qari: Fil 3, 8-14

    L-Evanġelju: Ġw 8, 1-11

  • F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Imbagħad il-kittieba u l-fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju…

  • Kompli aqra »

Il-konnessjoni bejn San Ġorġ Preca u San Vinċenz Ferrer

Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta' San Vinċenz Ferrer

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Conservatorio Vincenzo Bugeja, Santa Venera
    5 ta’ April, 2019

    Dan l-Evanġelju huwa Evanġelju ħafna għażiż għalina għaliex aħna nisimgħu dan l-Evanġelju ta’ kull sena fil-festa tan-nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl.

    Illum ħadt sorpriża għax ma kontx naf li dan huwa l-Evanġelju li l-Knisja tagħżel fil-Festa ta’ San Vinċenz Ferrer għaliex huwa wkoll l-Evanġelju li għażilna għall-festa ta’ San Ġorġ Preca…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 11, 18-20
    Salm: 7, 2-3.9bċ-10.11-12

    L-Evanġelju: Ġw 7, 40-53

  • F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu: “Tassew dan hu l-Profeta”. Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija”. Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?”…

  • Kompli aqra »

Sejħa urġenti għad-demm tat-tip O positive

  • Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella lill-pubbliku, b’mod speċjali min għandu demm tat-tip O positive, sabiex imur jagħti d-demm mill-aktar fis possibbli.

    Id-donazzjonijiet tad-demm jistgħu jsiru kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa mit-8am sas-6pm.

    Importanti li min se jagħti d-demm jieħu miegħu l-karta tal-identità, jew liċenzja tas-sewqan, inkella passaport Malti u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

    Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn fuq www.blood.gov.mt

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Għerf 2, 1a.12-22
    Salm: 33 (34), 17-18.19-20.21 u 23

    L-Evanġelju: Ġw 7, 1-2.10.25-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Kienet qorbot għal-Lhud il-festa tal-Għerejjex. Wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux bid-dieher, imma bil-moħbi…

  • Kompli aqra »

“Il‑figura tal‑President tar‑Repubblika hija mogħtija lilna u aħna bi pjaċir nilqgħuha bħala sinjal tal‑għaqda ta’ bejnietna” – L-Arċisqof

Quddiesa Għal Art Twelidna fl-inawgurazzjoni tal-President il-ġdid tar-Repubblika ta' Malta, l-E.T. Dr George Vella

  • 
  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    4 ta’ April 2019

    Eċċellenza, President Marie–Louise Coleiro Preca,
    Eċċellenza, President Elett it‑Tabib George Vella u s‑Sinjura Vella,
    Onorevoli Prim Ministru u s‑Sinjura Muscat,
    Onorevoli President tal‑Kamra tad‑Deputati u s‑Sinjura Farrugia,
    Onorevoli Ministri Membri tal‑Kabinett, Onorevoli Membri Parlamentari,
    Onorevoli Prim Imħallef u l‑Membri tal‐Ġudikatura u tal‑Maġistratura,
    Personalitajiet Distinti,
    Ħuti fl‑Episkopat,
    Rev…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 32, 7-14
    Salm: 105 (106), 19-20.21-22.23

    L-Evanġelju: Ġw 5, 31-47

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha.

    Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità…

  • Kompli aqra »