Yearly Archives: 2019

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 3, 25.34-43
    Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9

    L-Evanġelju: Mt 18, 21-35

  • F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

    Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu…

  • Kompli aqra »

“Fik sibna ragħaj ta’ qalb ħelwa u umli” – L-Arċisqof Scicluna lill-Arċiqsof Emeritu Pawlu Cremona

Il-messaġġ tal-Arċisqof Scicluna f'għeluq il-50 sena mill-ordinazzjoni presbiterali ta' Mons. Pawlu Cremona u Mons. George Frendo

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    24 ta’ Marzu 2019

    Eċċellenza għażiż Arċisqof Pawlu,

    Jiena nixtieq ninterpreta l-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna li qegħdin hawnhekk illejla biex ngħid grazzi lill-Mulej tad-don li tana fik. Fis-santa li tajtna bħala tifkira, inti għamilt rassenja, lista, ta’ grazzji li tak il-Mulej: li tkun xbieha ta’ Alla meta ħalqek, li tkun iben il-Missier fil-Magħmudija, li tagħti ħajtek fil-professjoni solenni fl-Ordni Dumnikan, u li 50 sena ilu sejjaħlek biex tkun presbiteru, saċerdot, qaddej…

  • Kompli aqra »

Il-missjoni tas-saċerdot: iqaddes lid-dinja ta’ madwaru – L-Arċisqof Cremona f’għeluq il-50 sena tal-ordinazzjoni presbiterali

Quddiesa f'għeluq il-50 sena mill-ordinazzjoni presbiterali ta' Mons. Pawlu Cremona u Mons. George Frendo

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona

     

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    24 ta’ Marzu 2019

    Darba Santu Wistin spjega lilu nnifsu bħala isqof, imma jien sa napplikaha anke għall-presbiterat, is-saċerdozju ministerjali. ‘Jiena magħkom jien Nisrani, għalikom jiena ragħaj’. F’din il-ġurnata nixtieq nirringrazzja lil Alla għax flimkien magħkom jien Nisrani imma mbagħad nirringrazzjah għaliex tani grazzja kbira li nkun nista’ nservi u naqdi lill-poplu tiegħu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa lill-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja: ‘Afdaw fikom infuskom!’

  • Pope Francis holds a Q&A session with the students of a Catholic school in Padova and tells them to find their main point of reference in themselves, with the guidance of their priests, parents, and grandparents.

     

  • “The most important point of reference for the choices we must make is found in yourself, in your own conscience.”

    That was the advice Pope Francis gave on Saturday to a thousand-strong group of school-age children who attend the Barbarigo Catholic School in the Italian city of Padua…

  • Kompli aqra »

Quddiesa fil-Jum Dinji tad-Down Syndrome

  • Nhar il-Ħamis 21 ta’ Marzu, fil-Jum Dinji tal-Persuni bid-Down Syndrome, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Down Syndrome organizzat quddiesa għall-membri u l-ħbieb tagħha fil-kappella tad-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi. Għal din l-okkażjoni attendew ukoll is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, is-Sur Anthony Agius Decelis kif ukoll il-President tal-Assoċjazzjoni, is-Sinjura Joeanna Xerri.

    Il-quddiesa kienet iċċelebrata minn Fr Martin Micallef.  Fl-omelija tiegħu hu saħaq li lkoll iridu ngħixu f’soċjetà li tħares lejn id-differenza mhux bħala theddida imma bħala teżor, soċjetà li ma tħarisx lejn il-persuna b’diżabilità bil-mudell mediku, jiġifieri tara lill-persuna b’diżabbiltà bħal problema, imma bil-mudell soċjali jiġifieri soċjetà li tagħraf li d-diżabilità toħloqha hi meta ma’ taddattax għall-bżonnijiet, l-aspettativi u l-aspirazzjonijiet ta’ dawn il-persuni. 

    Għal din l-okkażjoni attendew ukoll is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, is-Sur Anthony Agius Decelis kif ukoll il-President tal-Assoċjazzjoni, is-Sinjura Joeanna Xerri…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Marzu

  • It-Tħabbira tal-Mulej – Solennità Qari tal-jum

     

  • L-Ewwel Qari: Is 7, 10-14; 8, 10
    Salm: 39, 7-11
    It-Tieni Qari: Lhud 10, 4-10

    L-Evanġelju: Lq 1, 26-38

  • F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa tal-50 sena mill-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Mons. Pawl Cremona u Mons. Ġorġ Frendo

  • Illum, il-Ħadd, 24 ta’ Marzu 2019, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona ser jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla f’għeluq il‑50 sena mill‑Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu. Din ser issir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u tibda fil‑5:30 p.m.

    F’din il‑Quddiesa ser jikkonċelebra Mons. George Frendo O.P., l‑Arċisqof ta’ Tirana fl‑Albanija, li wkoll qed jiċċelebra l‑50 anniversarju tal‑Ordinazzjoni Presbiterali.

     

  •  

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Marzu

  • It-Tielet Ħadd tar-Randan
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eż 3, 1-8a.13-15
    Salm: 102 (103), 1-2.3-4.6-7.8 u 11
    It-Tieni Qari: 1 Kor 10, 1-6.10-12

    L-Evanġelju: Lq 13, 1-9

     

  • F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom…

  • Kompli aqra »

Koppja Kattolika tagħżel li tagħmel ikla għat-tfal foqra flok pranzu għall-mistednin

  • Everything was beautiful. The details came out just the way the bride and groom had dreamed they would. Ana Paula Meriguete and Victor Ribeiro got married in the Catholic Church and received the congratulations of their guests at a brief reception afterwards. But the real celebration was yet to come, and it was not a traditional one: Instead of a typical wedding banquet, the young couple decided to offer a meal for poor children and their families in the coastal city of Guarapari, in the Brazilian state of Espírito Santo…

  • Kompli aqra »