Yearly Archives: 2019

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 17, 5-10
    Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

    L-Evanġelju: Lq 16, 19-31

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani…

  • Kompli aqra »

Ma tismax ħossu – L-Isqof Galea-Curmi fil-festa ta’ San Ġużepp

Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-Knisja Parrokkjali, l-Imsida
    19 ta’ Marzu 2019

    San Ġużepp huwa qaddis magħruf mal-Knisja kollha. Is-sena d-dieħla hi l-150 sena minn meta kien iddikjarat minn Papa Piju IX patrun tal-Knisja universali fl-1870.

    Imma San Ġużepp ma tismax ħossu fl-Evanġelju. Kważi dejjem qisu minn wara l-kwinti…

  • Kompli aqra »

Il-protezzjoni tal-minuri

  • Fi tmiem is-summit dwar il-protezzjoni tal-minuri fil-Knisja, il-Papa Franġisku saħaq fuq tmien punti li l-Knisja għandha tiffoka dwarhom fil-“ġlieda fuq kull livell kontra l-abbużi tal-minuri”.  Fi kliem il-Papa “ninsabu quddiem problema universali u ta’ kulħadd li b’xorti ħażina niltaqgħu magħha kullimkien”. It-tminn linji gwida huma:

    1. Bidla fil-mentalità sabiex jiġu mħarsa t-tfal milli tiġi mħarsa l-istituzzjoni.
    2…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 18, 18-20
    Salm: 30 (31), 5-6.14.15-16

    L-Evanġelju: Mt 20, 17-28

     

  • F’dak iż-żmien, huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Marzu

  • San Ġużepp – Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
    Qari tal-jum

     

  • L-Ewwel Qari: 2 Sam 7, 4-5a.12-14a.16
    Salm: 88, 2-5.27.29
    It-Tieni Qari: Rum 4, 13.16-18.22

    L-Evanġelju: Mt 1, 16.18-21.24a

     

  • Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu…

  • Kompli aqra »

Il-vera tifsira tas-sawm fir-Randan

Quddiesa matul l-irtir tar-Randan għall-impjegati tal-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal Ekkleżjastiku

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    .

     

  • Dar Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq
    8 ta’ Marzu 2019

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom għal dan in-nofstanhar ta’ riflessjoni. Diġà rringrazzjajt personalment ukoll lil Fr Andrew u wassaltlu r-ringrazzjament u l-gratitudni ta’ kull wieħed u waħda minna għar-riflessjonijiet konkreti u prattiċi li tana u li qasam magħna bi stil simpatiku ħafna…

  • Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Ejjew inħarsu lejn id-dawl ta’ Ġesù

  • Reflecting on the Gospel of St Luke, in which the Evangelist vividly recounts Jesus transfigured on the mountain, the Pope said, that this was ”a place of light, a fascinating symbol of the unique experience reserved for the three disciples”, Peter, James and John.

    The Transfiguration, explained the Pope, “takes place at a very precise moment of Christ’s mission, that is, after he confided to his disciples that he “must suffer much, […] be killed and rise again on the third day” (v…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 9, 4b-10
    Salm: 78 (79), 8.9.11 u 13

    L-Evanġelju: Lq 6, 36-38

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

    Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Marzu

  • It-Tieni Ħadd tar-Randan
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 15, 5-12.17-18
    Salm: 26 (27), 1.7-8.9.13-14
    It-Tieni Qari: Fil 3, 20 – 4,1

    L-Evanġelju: Lq 9, 28b-36

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex…

  • Kompli aqra »

Kummissjoni Ġustizzja u Paċi: Ewropa magħquda favur il-ġid komuni

Dokument ta' riflessjoni mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  • Fid‑dawl tal‑elezzjonijiet tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsilli Lokali f’Mejju li ġej, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ħejjiet dokument ta’ riflessjoni bbażat fuq it‑tagħlim soċjali tal‑Knisja. Dan għandu jservi ta’ għodda sabiex l‑Insara jkomplu jaqdu d‑dmirijiet u r‑responsabbiltajiet tagħhom fis‑soċjetà, li ma jibdewx u jispiċċaw fil‑mument tal‑votazzjoni imma jkomplu fil‑ħajja ta’ kuljum. Id‑dokument jinsab fuq il‑websajt tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt

  • Kompli aqra »