Arkivji mensili: Jannar 2020

San Sebastjan: bniedem ta’ sinsla – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fil-festa liturġika ta' San Sebastjan

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tletin sena ilu, fl-1990, meta ġejt ordnat djaknu, kont mibgħut biex naqdi l-ministeru tiegħi f’din il-parroċċa ta’ San Sebastjan. Kienet esperjenza tassew sabiħa u li bqajt dejjem ngħożż. Fiż-żmien li domt hawn, laqatni kemm l-innu sabiħ lil San Sebastjan joħroġ verament mill-qalb meta jitkanta fil-knisja. Dan l-innu għandu ħafna x’jgħallimna fuq San Sebastjan u l-valur kbir tiegħu fil-ħajja tal-Knisja. Nixtieq insemmi erba’ punti partikulari ta’ dan l-innu u dak li jurina għall-ħajja tagħna llum… Kompli aqra »

Fuq kull bieb li tħabbat u jiftħulek, qis li tkun il-mibgħut ta’ Kristu Ġesù – L-Arċisqof lil Dun David Cilia

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun David Cilia bħala arċipriet tal-Parroċċa ta' San Pawl Nawfragu

  Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il-belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Pawlu, li Alla ried isejjaħlu, biex ikun appostlu ta’ Kristu Ġesù” (1Kor 1:1).

Għażiż Arċipriet, aħna u niċċelebraw il-bidu uffiċjali tal-ħidma tiegħek f’din il-parroċċa għażiża nixtieqek u nitolbok tiftakar f’dawn il-kliem li permezz tagħhom l-Appostlu Missierna jsellem lill-Korintin, poplu għażiż li swielu mhux ftit inkwiet, tant hu hekk li kiteb darba għal darbtejn.

Alla ried isejjaħlu… Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju jiltaqa’ mal-istudenti tas-Seminarju li rċevew il-Griżma tal-Isqof

  Is-Seminarju, tal-Virtù

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi ċċelebra Quddiesa għall-istudenti tas-Seminarju li rċevew il-Griżma tal-Isqof matul l-2019. Għall-quddiesa li saret is-Sibt 11 ta’ Jannar 2020, kienu mistiedna wkoll il-ġenituri u l-parrini ta’ dawn l-adolexxenti.

L-Isqof Galea-Curmi ħeġġeġ lill-istudenti biex ikomplu jieħdu ħsieb il-formazzjoni tagħhom billi jattendu fi gruppi li għandhom l-għan li jedukaw fil-fidi. Ħeġġiġhom jibnu relazzjoni ma’ Ġesù permezz tat-talb u jitolbuh sabiex jurihom xi jrid minnhom fil-ħajja tagħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 16, 1-13
Salm: 88 (89), 20.21-22.27-28

L-Evanġelju: Mk 2, 23-28

F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”. 

U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!”. 

U qalilhom: “Is-Sibt kien magħmul għall-bniedem, u mhux il-bniedem għas-Sibt… Kompli aqra »

Titnieda t-traduzzjoni bil-Malti tal-Eżortazzjoni Appostolika postsinodali ‘Verbum Domini’

Jippreżentaha l-Arċisqof Charles J. Scicluna

  Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK) f’Birkirkara

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tniedi l‑pubblikazzjoni bil‑Malti ta’ Verbum Domini (Il‑Kelma tal‑Mulej), li hi l‑Eżortazzjoni Appostolika tal‑Papa Benedittu XVI tat‑30 ta’ Settembru 2010.

Il‑preżentazzjoni li hija miftuħa għall‑pubbliku ser issir nhar l‑Erbgħa, 22 ta’ Jannar 2020, fil‑5:30pm, fiċ‑Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara. Il‑pubblikazzjoni ser tiġi ppreżentata mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna.

Din l‑Eżortazzjoni Appostolika hi frott tal‑Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet li saret f’Ruma bejn il‑5 u s‑26 ta’ Ottubru 2008… Kompli aqra »

M’għandniex ninjoraw leħen in-nies tal-Art Imqaddsa

Stqarrija mill-isqfijiet li attendew għall-Pellegrinaġġ ta' solidarjetà Holy Land Coordination fejn żaru lill-Insara f'Gaża, Ramallah u Ġerusalemm tal-Lvant

Every year we come to encounter and hear the people of the Holy Land. We are inspired by their enduring resilience and faith in a worsening situation.

In their recent powerful message, the local Catholic Bishops lamented the international community’s failure to help realise justice and peace here in the place of Christ’s birth.[1] Our governments must do more to meet their responsibilities for upholding international law and protecting human dignity… Kompli aqra »

L-Arċisqof jordna djaknu ġdid

Is-seminarist Andrew Camilleri ser jiġi ordnat djaknu mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum 20 ta’ Jannar 2020. Il-Quddiesa ser issir fir-residenza ta’ St Vincent de Paule, Ħal Luqa. Camilleri huwa mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina, iż-Żurrieq, u bħalissa qed jaħdem fiċ-Ċentru Internazzjonali tal-Moviment tal-Fokolari f’Ruma, l-Italja.

Permezz tal‑ordinazzjoni, id‑djaknu l‑ġdid isir xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd. Id‑dmirijiet tad‑djaknu huma li l‑ewwel u qabel kollox jiddedika ħajtu għal qadi bl‑imħabba (djakonija) fis‑servizz tiegħu lejn il‑poplu, jassisti lill‑isqof u lis‑saċerdoti fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑misteri qaddisa, l‑aktar tal‑Ewkaristija, jamministra s‑Sagrament tal‑Magħmudija, jassisti għaż‑żwieġ u jbierku, ixandar l‑Evanġelju u jipprietkah, u jmexxi funerali… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 15, 16-23
Salm: 49 (50), 8-9.16bċ-17.21 u 23

L-Evanġelju: Mk 2, 18-22

Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. 

Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb tal-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? … Kompli aqra »

Nibqgħu soċjetà li tgħożż l-ħajja u niddefenduha anke fil-ġuf – L-Arċisqof fil-ftuħ tas-Sena Ġużeppina

Quddiesa għall-fratellanzi u l-għaqdiet Ġużeppini f'Malta

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza sabiħa tagħkom illum f’dan is-santwarju bażilika ddedikat lil Sidtna Marija tal-Karmelu.

Qegħdin nibdew xhur li nixtieqhom ikunu mhux biss taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp imma ispirati minnu. Fuq xiex nixtieq li naħdmu aħna u niskopru mill-ġdid il-kobor tal-missjoni li l-Mulej afda f’idejn San Ġużepp, f’dan il-mastrudaxxa umli u ġwejjed mill-belt ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

Viżjoni u triq – L-Isqof Awżiljarju

The Church in Malta will soon unveil her Pastoral Plan for 2020-2023, outlining a vision and direction for her pastoral work in the years ahead. The event that inspires this Plan is the encounter of the Risen Lord with the disciples at Emmaus. This event provides us with the two foremost concerns of the Archdiocese: evangelisation and diaconia.

These two priorities are embodied in the four principal sections of the Pastoral Plan, which have been inspired by Pope Francis, to help us become a people of reconciliation and healing… Kompli aqra »